Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Kif tiffirma inizjattiva?

Biex tkun tista' tiffirma Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini trid tkun ċittadini tal-UE (ċittadini ta' stat membru tal-UE) u bl-età tal-vot* għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena minbarra l-Awstrija, fejn l-età hi ta' 16-il sena).

Biex tagħmel dan, trid timla formola ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ speċifika li jipprovdu l-organizzaturi tal-inizjattiva, f'forma stampata jew onlajn (jekk l-organizzaturi jipprovdu sit web). Ara s-sezzjonijiet hawn taħt għal iktar informazzjoni dwar kif tagħmel dan.

Qabel ma tiffirma, iccekkja li l-formola fiha l-informazzjoni kollha rikjesta dwar l-inizjattiva (it-titlu, id-deskrizzjoni u l-għanijiet) kif ukoll in-numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni għal dik l-inizjattiva. Jekk tixtieq, tista' tiċċekkja li l-inizjattiva ġiet irreġistrata fis-sit web (l-organizzaturi huma rikjesti jirreġistraw l-inizjattiva tagħhom qabel ma jibdew jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ).

* Iċ-ċittadini m'hemmx għalfejn ikunu intitolati jew irreġistrati biex jivvutaw. Irid ikollhom biżżejjed età.

Id-dejta rikjesta

Id-dejta li int rikjest tipprovdi fil-formoli tad-dikjarazzjoni ta' appoġġ tiegħek tiddependi mill-istati membru tal-UE li tiġi minnu. Dan minħabba li huma l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli biex jivverifikaw il-validità tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ tal-firmatarji u biex jiċċertifikaw l-għadd ta' dikjarazzjonijiet validi miġburin f'kull pajjiż (l-organizzaturi tal-inizjattivi huma rikjesti jiġbru ċertu għadd ta' firem f'tal-anqas 7 stati membri tal-UE). Għalhekk, id-dejta rikjesta trid tikkorrispondi ma' dak li l-istati membri jqisu neċessarju biex jivverifikaw dikjarazzjoni ta' appoġġ.

Jekk tgħix fi stat membru wieħed iżda int ċittadin ta' stat membru ieħor jew jekk għandek in-nazzjonalità ta' diversi stati membri, ikollok tagħżel il-pajjiż fejn se tingħadd id-dikjarazzjoni ta' appoġġ tiegħek. Għandek tagħżel il-pajjiż li se jkun jista' jivverifika d-dejta li tipprovdi fid-dikjarazzjoni ta' appoġġ tiegħek: skont il-każ, dan jista' jkun il-pajjiż li ħareġ in-numru (tad-dokument) ta' identifikazzjoni personali li tipprovdi, il-pajjiż ta' residenza jew il-pajjiż (jew wieħed mill-pajjiżi) tan-nazzjonalità tiegħek.

Fi kwalunkwe każ, tista' tiffirma inizjattiva darba biss.

Ir-rekwiżiti għal kull pajjiż jinsabu hawn.

Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.

Iffirma dikjarazzjoni f'forma stampata

Iffirma onlajn

NB: Mhux possibbli tagħti l-appoġġ tiegħek lil inizjattiva minn dan is-sit web. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-organizzaturi tal-inizjattiva li tixtieq tappoġġa jew mur fuq is-sit web speċifiku għal aktar informazzjoni dwar kif tiffirma l-inizjattiva.

Każijiet partikolari

X'jiġri wara?

Ladarba l-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini jiġbru l-għadd rikjest ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ (miljun firma u l-għadd minimu f'tal-anqas 7 stati membri), dawn jissottomettuhom lill-awtoritajiet kompetenti f'kull stat membru fejn ġabruhom biex jiġu vverifikati. Ladarba l-awtoritajiet jivverifikawhom dawn joħorġu ċertifikat lill-organizzaturi li jiddikjara l-għadd validu ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura. Il-verifika mill-awtoritajiet nazzjonali tikkonsisti fl-iċċekkjar li d-dejta li pprovdejt hi korretta.

Il-protezzjoni tad-dejta

Kemm l-organizzaturi ta' inizjattiva u kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali huma rikjesti li jipproteġu d-dejta tiegħek matul il-proċedura u ma jistgħux jużaw id-dejta tiegħek għal kwalunkwe għan ieħor.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tiġi protetta d-dejta tiegħek, ikklikkja hawn.