Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Organizza inizjattiva

Aktar informazzjoni

  • RSS
Niedi inizjattiva

Qabel ma tniedu l-inizjattiva tagħkom u tibdew tiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, jeħtieġ titolbu lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-inizjattiva proposta tagħkom fuq dan is-sit.

Ladarba tissottomettu r-rikjesta tagħkom, il-Kummissjoni se tiċċekkja jekk l-inizjattiva proposta tilħaqx il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u għandha tibgħat tweġiba fi żmien xahrejn.

Ma tistgħux tibdew tiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għall-inizjattiva qabel ma tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni.

Qabel ma tidħlu fil-formola tar-reġistrazzjoni

Iċċekkjaw:

  • il-proċeduri u l-kundizzjonijiet

  • li l-inizjattiva proposta tagħkom tikkonċerna kwistjoni għal liema l-Kummissjoni għandha s-setgħa taġixxi

  • li l-kumitat taċ-ċittadini tagħkom hu magħmul minn tal-inqas seba' membri bl-età li jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE li ġejjin minn tal-inqas seba' stati membri

  • li għażiltu rappreżentant u s-sostitut tiegħu u li tafu r-rwol tagħhom

  • li għandkom l-informazzjoni kollha biex timlew il-formola ta' reġsitrazzjoni (araw il-formola mudell)

  • li tafu bl-obbligi dwar il-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini

  • ir-regoli applikabbli għall-ġbir onlajn (jekk tixtiequ tiġbru l-firem onlajn). Dan jinkludi l-fatt li intom responsabbli għas-sistema ta' ġbir onlajn tagħkom u li tridu tiċċertifikawha minn awtorità nazzjonali kompetenti qabel ma tibdew il-ġbir onlajn. Jekk jogħġbokom innutaw li tistgħu titolbu għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħkom qabel ma tirreġistraw l-inizjattiva proposta tagħkom peress li b'hekk tkunu tistgħu tibdew tiġbru onlajn mill-jum tar-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni

  • Jekk ikollkom iktar mistoqsijiet, jekk jogħġobkom ikkuntattja lil Europe Direct.

Nota: jekk jogħġobkom ftakru li l-perjodu tal-ġbir ta' 12-il xahar jibda awtomatikament mill-mument li tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta tagħkom mill-Kummissjoni (massimu ta' xahrejn mir-rikjesta tagħkom). Għalhekk nagħtukom parir li jkollkom kollox lest qabel ma tissottomettu r-rikjesta tar-reġistrazzjoni tagħkom.

Araw ukoll li taħsbu dwar metodi oħrajn kif tistgħu tavviċinaw jew tinfluwenzaw lill-UE li jistgħu jkunu iktar adegwati għar-rikjesta tagħkom.

Importanti: Se jkollkom 20 sigħat biex timlew il-formola.

Jekk jogħġobkom żommu f'moħħkom li bħala l-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini, intom responsabbli għal penali għal kwalunkwe ksur tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, speċjalment dikjarazzjonijiet foloz jew użu frodulenti tad-dejta.

Formola ta' reġistrazzjoni