Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Il-proċedura pass pass
Il-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Ladarba l-organizzaturi jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ neċessarji, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'kull stat membru fejn ikunu ġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ biex jiċċertifikaw l-għadd ta' dikjarazzjonijiet validi miġburin għal dak il-pajjiż.

L-organizzaturi għandhom jitolbu għaċ-ċertifikazzjoni separatament, u darba biss, għal kull stat membru li għalih ikunu ġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ.

L-organizzaturi jistgħu jibagħtu d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'forma stampata jew f'forma elettronika. Madankollu, iridu jisseparaw dawk id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'forma stampata, dawk miġburin permezz tas-sistema ta' ġbir onlajn u dawk li ġew iffirmati elettronikament permezz ta' firma elettronika avvanzata.

Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin onlajn jistgħu jiġu pprintjati u mibgħutin bil-posta, jew jistgħu jintbagħtu f'forma elettronika permezz ta' mezz sikur bħal fajls kriptati f'CD-ROM. Jistgħu jintużaw ukoll fajls XML jekk jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali kkonċernata. Is-softwer żviluppat mill-Kummissjoni jippermetti l-esportazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'format XML.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom 3 xhur biex jiċċertifikaw l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ validi. Dawn jagħmlu verifika xierqa biex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet, li tista' tkun ibbażata fuq kampjun każwali.

L-organizzaturi huma mħeġġin jiġbru iktar dikjarazzjonijiet ta' appoġġ milli rikjest peress li l-verifiki mill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jwasslu biex jiċċertifikaw għadd iktar baxx ta' dikjarazzjonijiet milli jkunu pprovdew l-organizzaturi.

Għal aktar informazzjoni dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, ara l-FAQ.