Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Il-proċedura pass pass
Ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta fuq dan is-sit web

Qabel ma l-organizzaturi jkunu jistgħu jibdew jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miċ-ċittadini, iridu jirrikjedu r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta tagħom fuq dan is-sit web.

Biex jirreġistraw inizjattiva proposta, l-organizzaturi jridu jipprovdu din l-informazzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE:

  • it-titlu tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta (massimu 100 karattru)
  • is-suġġett (massimu 200 karattru)
  • l-għanijiet tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li l-Kummissjoni hi mistiedna taġixxi fuqha (mass. 500 karattru)
  • id-dispoiżizzjonijiet tat-Trattati meqjusin rilevanti mill-organizzaturi għall-azzjoni proposta
  • Id-dettalji personali tas-7 membri meħtieġa fil-kumitat (ismijiet sħaħ, indirizzi postali, nazzjonalitajiet u dati ta’ twelid), b’indikazzjoni speċifika tar-rappreżentant u s-sostitut kif ukoll l-indirizzi tal-email u n-numri tat-telefown tagħhom
  • dokumenti li juru l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi postali, in-nazzjonalitajiet u d-dati ta’ twelid ta’ kull wieħed mis-seba’ Membri tal-kumitat taċ-ċittadini
  • is-sorsi kollha ta' finanzjament u appoġġ għall-inizjattiva taċ-ċittadini proposta (magħrufa fil-ħin tar-reġistrazzjoni) b'ammont ta' iktar minn €500 kull sena u għal kull sponser.

Jekk iridu, l-organizzaturi jistgħu jipprovdu:

  • l-indirizz tas-sit web tagħhom għall-inizjattiva proposta (jekk għandhom wieħed)
  • anness (mass. 5 MB) li jipprovdi iktar informazzjoni ddettaljata dwar is-suġġett, l-għanijiet u l-isfond tal-inizjattiva proposta
  • att legali abbozz (mass. 5 MB).

Irreġistra inizjattiva proposta

Il-kundizzjonijiet

Il-Kummissjoni se tirreġistra l-inizjattiva proposta fi żmien xahrejn mit-talba sakemm:

  • ikun ġie ffurmat kumitat taċ-ċittadini u jkunu ntgħażlu l-persuni ta' kuntatt
  • l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta tkun fl-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni biex din tkun tista' tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni biex jiġu implimentati t-Trattati
  • l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament abużiva, frivola jew vessatorja, u
  • l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni

L-inizjattivi kollha rreġistrati huma ppubblikati fuq il-websajt.

Il-ġestjoni ta' inizjattiva proposta

Ladarba tiġi rreġistrata l-inizjattiva, ir-rappreżentant u s-sostitut tal-kumitat taċ-ċittadini jkollhom aċċess għal kont sikur fuq dan is-sit PDF, minn fejn ikunu jistgħu jġibu l-informazzjoni dwar il-passi li jkun imiss fil-proċedura u jiġġestixxu s-sottomissjonijiet kollha lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-inizjattiva proposta tagħhom.

Il-lingwi

Wara r-reġistrazzjoni, l-organizzaturi jistgħu jtellgħu traduzzjonijiet tal-inizjattiva proposta tagħhom f'lingwi uffiċjali oħrajn tal-UE (tal-anqas it-titlu, is-suġġett u l-għanijiet). Jekk ma jkunx hemm inkonsistenzi kbar bejn il-verżjoni oriġinali u t-traduzzjoni tat-titlu, is-suġġett u l-għanijiet tal-inizjattiva proposta, il-Kummissjoni tippubblika t-traduzzjonijiet fuq dan is-sit web.

It-trasparenza fir-rigward tal-appoġġ u l-finanzjament

Fil-ħin tar-reġistrazzjoni u matul il-proċedura, l-organizzaturi għandhom jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar is-sorsi kollha ta' appoġġ u finanzjament b'valur ta' aktar minn €500 kull sena u għal kull sponser.

Nota: Inizjattiva rreġistrata tista' tiġi rtirata mill-organizzaturi tagħha fi kwalunkwe ħin qabel ma jibagħtu d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ biex ikunu verifikati minn awtorità nazzjonali. L-irtirar hu irreversibbli. Inizjattiva proposta rtirata ma tistax tissokta, u d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ kollha miġburin isiru nulli u bla effett.

Inizjattivi rtirati mmarkati jibqgħu jidhru fuq dan is-sit fis-sezzjoni dwar l-inizjattivi proposti nulli.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni, ara l-FAQ.