Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Il-proċedura pass pass
It-tħejjija u l-istabbiliment ta' kumitat taċ-ċittadini

It-tħejjija

Iċ-ċittadini li qed jaħsbu biex iniedu inizjattiva l-ewwel għandhom jikkunsidraw jekk inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini hix l-aħjar mod biex jippromwovu l-idea tagħhom, filwaqt li jżommu f'moħħhom li inizjattiva taċ-ċittadini għandha tkun invit lill-Kummissjoni biex tipproponi liġi.

Biex iħejju inizjattiva taċ-ċittadini, l-organizzaturi potenzjali għandhom jaqraw bir-reqqa l-informazzjoni pprovduta fuq dan is-sit web u jikkonsultaw il-paġni li jmiss, partikolarment:

Tista' tikkonsulta wkoll l-organizzazzjonijiet li ssib hawn jekk qed tfittex iktar informazzjoni jew għajnuna, jew biex taqsam l-ideat tiegħek dwar inizjattivi taċ-ċittadini ġodda.

Il-kumitat taċ-ċittadini: l-organizzatur tal-inizjattiva taċ-ċittadini

Inizjattiva taċ-ċittadini trid tiġi proposta minn kumitat taċ-ċittadini magħmul minn tal-anqas 7 ċittadini tal-UE fl-età tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena ħlief fl-Awstrija, fejn l-età hi ta' 16-il sena) u jgħixu f'tal-anqas 7 stati membri differenti. M'hemmx għalfejn ikunu ċittadini ta' 7 stati membri differenti għalkemm irid ikollhom in-nazzjonalità ta' stat membru tal-UE.

Dan il-kumitat jitqies bħala l-"organizzatur" uffiċjali tal-inizjattiva u hu responsabbli għall-ġestjoni tal-proċedura.

Il-kumitat għandu jagħżel rappreżentat u sostitut biex jitkellem u jaġixxi f'ismu. Dawn ikunu l-persuni ta' kuntatt li jikkomunikaw bejn il-kumitat u l-Kummissjoni matul il-proċedura.

Il-membri tal-Parlament Ewropew ma jistgħux jingħaddu bħala parti mis-seba' ċittadini meħtieġa għall-kumitat taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kumitat taċ-ċittadini, ara l-FAQ.