Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Il-proċedura pass pass
Iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema ta' ġbir onlajn tiegħek

Dan il-pass hu obbligatorju biss jekk l-organizzaturi jippjanaw li jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn.

L-organizzaturi li jixtiequ jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn għandhom >jibnu sistema ta' ġbir onlajn, aċċessibbli mill-websajt tagħhom, li tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi u ta' sigurtà wesgħin mniżżlin fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati mniżżlin f'Regolament speċifiku (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011). Dawn ir-rekwiżiti jaraw li jiżguraw partikolarment li d-dejta tinġabar u tinħażen b'mod sigur fis-sistema.

Ladarba s-sistema ta' ġbir onlajn tiġi stabbilita u tikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq, l-organizzaturi għandhom jirrikjedu lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn se tinħażen id-dejta biex tiċċertifika s-sistema. Għal dan l-għan, l-organizzaturi jridu jipprovdu dokumentazzjoni adegwata lill-awtorità kompetenti.

Anke jekk ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mis-sistemi huma l-istess għall-UE kollham, l-istati membri huma liberi li jiddeċiedu huma kif jivverifikaw il-konformità tas-sistemi. Għalhekk il-proċedura ta' ċertifikazzjoni tista' tvarja minn stat membru għal ieħor u tiddependi wkoll fuq is-softwer u l-fornitur ospitanti użat. Il-verifika tista' tinkludi testijiet ta' vulnerabbiltà u/jew penetrazzjoni, u jekk jinħass il-bżonn, verifiki fuq il-post.

Għal aktar informazzjoni dwar fejn għandek tiċċertifika s-sistema ta' ġbir onlajn tiegħek, tista' tikkonsulta l-lista ta' awtoritajiet kompetenti.

L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha xahar biex tivverifika jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija hawn fuq humiex issodisfatti. Ladarba s-sistema tkun iċċertifikata konformi mill-awtoritajiet nazzjonali, l-organizzaturi għandhom jirċievu ċertifikat, u għandhom jippubblikaw kopja tiegħu fuq il-websajt tagħhom.

Iċ-ċertifikazzjoni hi obbligatorja u hi prekundizzjoni għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ onlajn, irrispettivament minn liema softwer jintuża. Madankollu, ikun iktar faċli jekk l-organizzaturi jużaw is-softwer provdut mill-Kummissjoni.

Pariri għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġbir onlajn

Jekk l-organizzaturi jużaw is-softwer sors miftuħ fornit mill-Kummissjoni, iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha tingħata bla diffikultajiet, sakemm japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-aspetti l-oħrajn tas-sistema mhux koperti mis-softwer.

L-organizzaturi jistgħu jiksbu ċ-ċertifikazzjoni qabel jew wara li jirreġistraw l-inizjattiva proposta tagħhom fuq dan is-sit; madankollu, iridu jiksbu ċ-ċertifikat mill-awtorità nazzjonali kompetenti u l-konforma tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva mill-Kummissjoni qabel ma jibdew jiġbru l-firem onlajn.

Għal aktar informazzjoni dwar: