Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Il-proċedura pass pass
Eżami, smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew u tweġiba mill-Kummissjoni.

Fit-3 xhur wara s-sottomissjoni tal-inizjattiva:

  • ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jiltaqgħu mal-organizzaturi biex ikunu jistgħu jispjegaw fid-dettall il-kwistjonijiet li qajmu fl-inizjattiva tagħhom
  • l-organizzaturi jkollhom l-opportunità jippreżentaw l-inizjattiva tagħhom fi smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew
  • il-Kummissjoni tadotta tweġiba formali bl-azzjoni li tixtieq tipproponi bi tweġiba għall-inizjattiva taċ-ċittadini, u r-raġunijiet għaliex tixtieq tagħmel dan.

Din it-tweġiba tiġi f'forma ta' komunikazzjoni li tiġi adottata formalment mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u tiġi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

F'ċerti każijiet, il-Kummissjoni tista' tippreżenta biss l-opinjoni preliminari tagħha dwar il-kwistjoni u tiddeċiedi li twettaq iktar studji qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali tagħha.

Il-Kummissjoni mhix obbligata tipproponi liġi b'riżultat ta' inizjattiva. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tressaq proposta ta' liġi b'rispons għal inizjattiva taċ-ċittadini, din il-proposta tiġi sottomessa lil-leġiżlatur (ġeneralment il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew f'xi każijiet il-Kunsill biss) u, jekk tiġi adottata, issir liġi.

Għal aktar informazzjoni dwar l-eżami u t-tweġiba mill-Kummissjoni, ara l-FAQ.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, ara Kif isiru d-deċiżjonijiet tal-UE.