Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Is-sistemi ta' ġbir onlajn ospitati mill-Kummissjoni

L-offerta tal-Kummissjoni li tospita fuq is-servers tagħha stess is-sistemi ta' ġbir onlajn tal-ewwel inizjattivi taċ-ċittadini proposti hi temporanja u fakultattiva. Din il-miżura ġiet implimentata minħabba d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom għadd ta' organizzaturi biex isibu provvedituri privati li joffru servizz adegwat - ara l-Istqarrija għall-Istampa tat-18 ta' Lulju.

Is-sistemi ta' ġbir onlajn ospitati fuq is-servers tal-Kummissjoni jridu jużaw is-softwer sors miftuħ tal-Kummissjoni. Skont ir-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, l-organizzaturi għandhom jitolbu l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-istat membru fejn id-dejta se tinħażen biex tiċċertifka s-sistema tagħhom. Peress li ċ-ċentru tad-dejta tal-Kummissjoni, fejn se tinħażen id-dejta, jinsab il-Lussemburgu, l-organizzaturi li għażlu li s-sistema ta' ġbir onlajn tagħhom tkun ospitata mill-Kummissjoni jridu jitolbu ċ-ċertifikazzjoni tas-sistema mill-awtorità kompetenti Lussemburgiża, is-Centre des Technologies de l'Information de l'Etat (CTIE), qabel ma jibdew bil-ġbir onlajn.

L-organizzaturi li, fuq talba mill-Kummissjoni, ikkonfermaw l-interess li jkollhom is-sistema tagħhom ospitata mill-Kummissjoni jirċievu pakkett ta' dokumenti inkluż ftehim ta' hosting (kuntratt) biex jiġi ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-organizzaturi, u d-dokumentazzjoni (li tkopri l-politika tas-sigurtà, valutazzjoni tal-impatt tan-negozju, valutazzjoni u trattament tar-riskju, u dikjarazzjoni ta' applikabbiltà) li l-organizzaturi huma meħtieġa jimlew u jiffimaw biex jiffinalizzaw it-talba għaċ-ċertifikazzjoni. Din id-dokumentazzjoni tikkonċerna biss il-konformità tal-organizzaturi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokumentazzjoni relatata mal-ambjent ospitanti u s-softwer li qed jinħoloq u provdut direttament mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-Lussemburgu. Il-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-organizzaturi li jagħżlu li jużaw dan is-servizz eċċezzjonali u temporanju billi tipprovdi taħriġ, gwida u għajnuna teknika għall-ħolqien ta' sistema ta' ġbir u għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni rikjesta.

Għal aktar informazzjoni ta' sfond, jekk jogħġbok ikkonsulta r-rapporti fil-qosor tal-laqgħat li l-Kummissjoni kellha mal-organizzaturi tal-ewwel inizjattivi taċ-ċittadini proposti li ġew irreġistrati mal-Kummissjoni:

Laqgħa I – 13 ta' Ġunju 2012

Laqgħa II – 8 ta' Awwissu 2012

Laqgħa III – 7 ta' Settembru 2012

Laqgħa IV – 28 ta' Settembru 2012

Laqgħa V – 20 ta' Novembru 2012