Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
FAQ dwar il-kompetenzi tal-UE u s-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea




Il-kompetenzi tal-UE

  1. X'inhuma l-kompetenzi tal-UE? Fejn jinsabu ddefiniti?

    Il-kompetenzi tal-Unjoni huma ddefiniti fit-Trattati tal-UE (l-Artikoli 2-6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea -TFUE).

    Kompetenza esklużiva
    (ara l-Artikolu 3 TFUE)
    Kompetenza maqsuma
    (ara l-Artikolu 4 TFUE)
    Kompetenza biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta azzjonijiet tal-istati membri
    (ara l-Artikolu 6 TFUE)
    Kompetenza li tipprovdi ftehimiet li fi ħdanhom l-istati membri tal-UE għandhom jikkoordinaw il-politika
    (ara l-Artikolu 5 TFUE)
    • l-unjoni doganali
    • it-twaqqif tar-regoli tal-kompetizzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern
    • il-politika monetarja għall-istati membri li jużaw l-ewro
    • il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi skont il-politika komuni tas-sajd
    • il-politika kummerċjali komuni
    • il-konklużjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali
      • meta l-konklużjoni tagħhom hija meħtieġa minn att leġiżlattiv tal-UE
      • meta l-konklużjoni tagħhom hija meħtieġa biex tippermetti lill-UE teżerċita l-kompetenzi interni tagħha
      • sakemm il-konklużjoni tagħhom tista' teffettwa regoli komuni jew tbiddel l-ambitu tagħhom.
    Atti tal-UE li jorbtu legalment f'dawn l-oqsma ma jistgħux jimplikaw l-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali.

    It-Trattat tal-Unjoni Ewropea jagħti wkoll lill-UE l-kompetenza biex tiddefinixxi u timplimenta l-politika barranija u ta' sigurtà komuni, inkluż l-ippjanar progressiv ta' politika komuni tad-difiża.

    NB: Fil-biċċa l-kbira tal-oqsma politiki fejn l-UE tista' taġixxi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissottometti proposta għal att legali. Madanakollu, f'xi wħud minnhom - bħal fil-każ tal-politika barranija u ta' sigurtà - il-Kummissjoni m'għandhiex din is-setgħa.

  2. X'inhuma l-kategoriji differenti ta' kompetenza tal-UE?
    Il-kompetenzi tal-UE huma maqsumin fi tliet kategoriji:
    • l-UE għandha kompetenza esklużiva (l-Artikolu 3 TFUE) (l-UE biss tista' taġixxi)
    • il-kompetenzi huma maqsumin bejn l-UE u l-istati membri (l-Artikolu 4 TFUE) (L-istati membri jistgħu jaġixxu biss jekk l-UE tagħżel li ma tiħux azzjoni)
    • l-UE għandha kompetenzi biex tappoġġa, tikkoordina jew tissuplimenta l-azzjonijiet tal-istati membri (l-Artikolu 6 TFUE) – f'dawn l-oqsma l-UE ma tistax tadotta atti li jorbtu legalment li jeħtieġu lill-istati membri jarmonizzaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.
  3. Xi tfisser "kompetenza maqsuma"?

    "Kompetenza maqsuma" tfisser li kemm l-UE kif ukoll l-istati membri tagħha jistgħu jadottaw atti li jorbtu legalment fl-oqsma kkonċernati.

    Madanakollu, l-istati membri jistgħu jagħmlu dan biss fejn l-UE ma teżerċitax il-kompetenza tagħha jew ma tagħmilx dan espliċitament.

  4. Fl-oqsma fejn l-UE tista' twettaq azzjonijiet biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta azzjoni mill-istati membri, l-UE għandha l-kompetenza li tarmonizza l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-istati membri?

    LE - atti li jorbtu legalment tal-Unjoni relatati ma dawn l-oqsma m'għandhomx jitolbu armonizzazzjoni tal-liġijiet jew regolamenti nazzjonali.

Fuq

Is-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi att legali tal-Unjoni

  1. X'inhu att legali tal-Unjoni?

    Atti legali tal-UE huma atti leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi adottati mill-istittuzzjonijiet tal-UE.

    L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jadottaw ħames tipi ta' atti.

    Atti li jorbtu legalment
    • regolamenti
    • direttivi
    • deċiżjonijiet

    Atti li ma jorbtux legalment
    • rakkomandazzjonijiet
    • opinjonijiet

    Għal iktar dettalji ara l-Artikolu 288 TFUE.

  2. X'inhu r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess leġiżlattiv tal-UE?

    Fil-proċess leġiżlattiv tal-UE, il-Kummissjoni tagħmel proposta għal att legali tal-Unjoni. Biex issir liġi, il-proposta trid tiġi adottata mil-leġiżlatur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-leġiżlaturi hu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill. F'xi każijiet, huwa wieħed minnhom biss.

    Inizjattiva taċ-ċittadini tistieden lill-Kummissjoni tipproponi att legali. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tressaq proposta, din trid tiġi adottata mil-leġiżlatur biex issir liġi.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, ara Kif isiru d-deċiżjonijiet tal-UE.

  3. Il-Kummissjoni tista' tipproponi att legali f'kull qasam fejn l-UE għandha kompetenza?

    LE – pereżempju, l-UE għandha kompetenza għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni iżda l-Kummissjoni m'għandhiex is-setgħa li tipproponi att legali f'dan il-qasam.

  4. F'liema każijiet il-Kummissjoni tista' tissottometti proposta għal att legali?
    • Fil-każijiet kollha fejn jiġi adottat att legali tal-UE permezz ta' proċedura leġiżlattiva (ordinarja jew speċjali) sakemm it-Trattati ma jistabbilixxux mod ieħor.
    • U
    • fil-każijiet kollha fejn it-Trattati espliċitament jiddikjaraw li l-Kummissjoni hija responsabbli għal proposta ta' att legali.
  5. X'inhi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja? Il-Kummissjoni hi responsabbli li tissottometti proposta skont din il-proċedura?

    Din hija proċedura ta' teħid ta' deċiżjoni standard għall-maġġoranza tal-oqsma politiki tal-UE.

    Hija magħrufa wkoll bħala kodeċiżjoni billi tinvolvi adozzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ta' regolamenti, direttivi jew deċiżjonijiet (ara l-Artikolu 294 TFUE). Ebda minn dawn l-istituzzjonijiet (il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill) ma tista' tadotta l-att waħedha.

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ta' att leġiżlattiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Iktar dwar il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

  6. X'inhi l-proċedura leġiżlattiva speċjali? Il-Kummissjoni hi responsabbli li tissottometti proposta skont din il-proċedura?

    Proċeduri leġiżlattivi speċjali japplikaw f'każijiet speċifiċi espliċitament imsemmija fit-Trattati, fejn regolament, direttiva jew deċiżjoni hija adotta mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill, jew mill-Kunsill bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew (l-Artikolu 289(2) TFUE).

    Il-proċeduri leġiżlattivi speċjali huma differenti skont il-kwistjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ta' att leġiżlattiv lil-leġiżlatur (il-Parlament/il-Kunsill), minbarra fejn it-Trattati jistabbilixxu mod ieħor.

  7. Hemm proċeduri oħrajn (mhux leġiżlattivi) li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' att legali tal-Unjoni (minbarra att leġiżlattiv) fuq proposta mill-Kummissjoni?

    IVA – il-proċedura għall-adozzjoni tagħhom hija ddefinita skont il-każ fit-Trattati.

    Dawn l-atti huma adottati fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni biss meta dan hu stabbilit mit-Trattati.

Fuq