Navigation path

Paġna Ewlenija Kuntatt Mappa tas-sit

Dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini

Sib inizjattiva

Niedi inizjattiva

  • RSS
Fatti bażiċi

X'inhi inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini?

Inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini hi invit lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġi dwar kwistjonijiet fejn l-UE għandha l-kompetenza li tagħmel liġi. Inizjattiva taċ-ċittadini trid tiġi appoġġjata minn tal-anqas miljun ċittadin tal-UE, li jiġu minn tal-anqas 7 minn 28 stat membru. Għadd minimu ta' firmatarji huma rikjesti f'kull wieħed minn dawn is-7 stati membri.

Ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-inizjattiva taċ-ċittadini huma stipulati f'Regolament tal-UE adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Frar 2011.

X'jista' jiġi propost bħala inizjattiva taċ-ċittadini?

Inizjattiva taċ-ċittadini hi possibbli fi kwalunkwe qasam fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tipproponi liġi, pereżempju l-ambjent, l-agrikoltura, it-trasport jew is-saħħa pubblika.

Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.

Min jista' jorganizza inizjattiva taċ-ċittadini u kif?

Biex tniedi inizjattiva taċ-ċittadini, iċ-ċittadini jridu jiffurmaw "kumitat taċ-ċittadini" magħmul minn tal-anqas 7 ċittadini tal-UE li jgħixu f'tal-anqas 7 stati membri differenti.

Il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini għandhom ikunu ċittadini tal-UE bl-età li jivvutaw* fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena, ħlief fl-Awstrija, fejn l-età hi ta' 16-il sena).

L-inizjattivi taċ-ċittadini ma jistgħux jitmexxew minn organizzazzjonijiet. Madankollu, l-organizzaturi jistgħu jippromwovu jew jappoġġaw l-inizjattivi sakemm jagħmlu dan b'mod trasparenti.

Il-kumitat taċ-ċittadini għandu jirreġistra l-inizjattiva tiegħu fuq dan is-sit web qabel ma jibda jiġbor id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miċ-ċittadini. Ladarba tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni, l-organizzaturi jkollhom sena ċans biex jiġbru l-firem.

* Iċ-ċittadini m'hemmx għalfejn ikunu rreġistrati biex jivvutaw. Irid ikollhom biżżejjed età.
Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.

Min jista' jiffirma inizjattiva taċ-ċittadini u kif?

Iċ-ċittadini kollha tal-UE (iċ-ċittadini ta' stat membru) b'età li jistgħu jivvutaw* fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (18-il sena, ħlief fl-Awstrija, fejn l-età hi ta' 16-il sena) jistgħu jiffirmaw inizjattiva taċ-ċittadini.

Biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għal inizjattiva, iċ-ċittadini għandhom jimlew formola ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ li jipprovdu l-organizzaturi, f'forma stampata jew onlajn. Mhux possibbli tiffirma inizjattiva fuq dan is-sit web.

* Iċ-ċittadini m'hemmx għalfejn ikunu rreġistrati biex jivvutaw. Irid ikollhom biżżejjed età.
Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.

X'jiġri meta inizjattiva taċ-ċittadini tilħaq miljun firma?

Il-Kummissjoni teżamini bir-reqqa l-inizjattiva. Fi żmien 3 xhur wara li tirċievi l-inizjattiva:

Din it-tweġiba, li tiġi f'forma ta' komunikazzjoni, tiġi adottata formalment mill-Kulleġġ tal-Kummissarji u tiġi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Il-Kummissjoni mhix obbligata tipproponi liġi b'riżultat ta' inizjattiva. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tressaq proposta ta' liġi, tibda l-proċedura leġiżlattiva normali: il-proposta tal-Kummissjoni tiġi sottomessa lil-leġiżlatur (ġeneralment il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew f'xi każijiet il-Kunsill biss) u, jekk tiġi adottata, issir liġi.

Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.