Navigation path

  • RSS

L-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini tippermetti miljun ċittadin tal-UE biex jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, billi jsejħu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi.

Inizjattivi miftuħin

Inizjattivi ta suċċess

Niedi inizjattiva


Aħbarijiet

  1. 12/09/2016 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata People4Soil: sign the citizens' initiative to save the soils of Europe!
  2. 02/09/2016 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata Let'sfly2Europe: Flüchtlinge legalen und sicheren Zugang nach Europa ermöglichen!
  3. 27/07/2016 - Inizjattivi ġodda - l-istqarrija għall-istampa
  4. 18/07/2016 - Verżjoni ġdida tas-softwer għall-ġbir onlajn ġiet ippubblikata fuq is-sit web JoinUp.
  5. 10/05/2016 - Sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar l-ECI – "Cohesion policy for the equality of the regions and sustainability of the regional cultures"
  6. 04/05/2016 - Fis-6 u s-7 ta' Diċembru 2016, fi Brussell, il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza konferenza xjentifika bħala segwitu għall-inizjattiva Stop Vivisection, biex timpenja lill-komunità xjentifika u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti f'dibattitu dwar kif nisfruttaw l-avvanzi l-aktar moderni fir-riċerka bijomedika u f'riċerka oħra dwar l-iżvilupp ta' approċċi xjentifiċi validi li ma jinvolvux l-annimali (alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali).
  7. 19/04/2016 - Sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar l-ECI – "Dritt għall-Kura Tul il-Ħajja: il-ħajja dinjituża u indipendenti hija dritt fundamentali!"
  8. 18/04/2016 - Verżjoni aġġornata tal- Gwida għall-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini issa tinstab bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.
  9. 03/03/2016 - Attwalment l-ECI qed tipprovdi servizzi mill-bogħod biex tippermetti applikazzjonijiet jew sit web estern jintegra dejta minn inizjattiva. Iċċekkja d-dokumentazzjoni teknika hawnhekk.
  10. 11/12/2015 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata Il-Mamà, il-Papà u t-Tfal – Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-protezzjoni taż-Żwieġ u l-Familja - Stqarrija għall-istampa
  11. 30/11/2015 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata Wake up Europe ! Agir pour préserver le projet démocratique européen - Stqarrija għall-istampa
  12. 30/11/2015 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata Vi vill att WHO:s rekommendationer efterföljs. Cannabis ska bli avkriminaliserat med reglering
  13. 17/11/2015 - Fuq is-sit web JoinUp issa hemm disponibbli privju tal-verżjoni li jmiss tas-softwer tal-ġbir onlajn, inkluża funzjonalità ta' servizz web kontrollata mill-bogħod. Tista' tittestjaha u tagħti l-feedback tiegħek sat-2 ta' Diċembru 2015.
  14. 28/10/2015 - Ir-riżoluzzjoni adottata mill-PE dwar l-ECI
  15. 21/10/2015 - Right2Water: In-NU kkonfermaw id-dritt għall-ilma bħala mira fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
  16. 19/10/2015 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata STOP PLASTIC IN THE SEA
  17. 13/10/2015 - L-opinjoni adottata mill-KtR dwar l-ECI
  18. 30/09/2015 - Id-deċiżjoni ġenerali tal-qorti dwar il-miljun firma tal-ECI għal “a Europe of solidarity"
  19. 14/09/2015 - L-inizjattiva ġdida rreġistrata Fair Transport Europe – equal treatment for all transport workers
  20. 08/09/2015 - Il-PE adotta riżoluzzjoni dwar is-segwitu tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) Right2Water
  21. 28/07/2015 - Verżjoni ġdida tas-softwer għall-ġbir onlajn ġiet ippubblikata fuq is-sit web JoinUp.
  22. 10/07/2015 - Formoli ġodda ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ se jkunu disponibbli mit-28 ta' Lulju. Għal dettalji sħaħ jekk jogħġbok ara r- Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015.  L-organizzaturi tal-inizjattivi attwalment reġistrati se jkunu jistgħu jkomplu jużaw il-verżjoni attwali tal-formoli ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ jew jibdew jużaw il-verżjoni l-ġdida mit-28 ta' Lulju.
  23. 01/07/2015 - Right2Water - Il-Pjan Direzzjonali għall-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb ġie ppubblikat. Jekk tixtieq, tista' tagħti feedback dwar il-Pjan Direzzjonali. Għal ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet kollha ta' segwitu, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk.
  24. 03/06/2015 - Il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Komunikazzjoni b'reazzjoni għas-suċċess tat-tielet Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, Stop vivisection. Ara l-istqarrija għall-istampa.
  25. 29/05/2015 - Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-presidenza Latvjana tal-Kunsill u l-Kampanja ECI qed jorganizzaw flimkien konferenza biex jiddiskutu l-ECI t-Tlieta, 16 ta' Ġunju, fil-Kunsill tal-UE. Jekk tixtieq tirreġistra, ikklikkja hawn.
  26. 11/05/2015 - L-organizzaturi tal-inizjattiva Stop Vivisection iltaqgħu llum mal-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jyrki Katainen, responsabbli għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività u mad-Direttur-Ġenerali Karl Falkenberg, responsabbli minn DĠ Ambjent. Ara l-istqarrija għall-istampa.
  27. 08/05/2015 - Is-smigħ fil-Parlament Ewropew (11/05, 15:00 – 18:30) se jkun trażmess fuq il-web b'xandira diretta f'dan l-indirizz: Ebs, Europarl
  28. 30/04/2015 - Fil-11 ta' Mejju 2015, fil-Parlament Ewropew, se jkun hemm smigħ pubbliku dwar it-tielet inizjattiva sottomessa lill-Kummissjoni, Stop Vivisection. Għal aktar informazzjoni u għar-reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ara: http://www.europarl.europa.eu/committees/mt/agri/events-citizint.html
  29. 31/03/2015 - Il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini. Ara l-istqarrija għall-istampa.
  30. 31/03/2015 - Verżjoni ġdida tas-softwer għall-ġbir onlajn ġiet ippubblikata fuq is-sit web JoinUp.
  31. 04/03/2015 - Billi għandha l-għadd meħtieġ ta' firmatarji t-tielet Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, Stop Vivisection, ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha 3 xhur biex twieġeb. Ara l-istqarrija għall-istampa u l-proċedura ta' eżaminazzjoni.
  32. 02/03/2015 - Issa hi disponibbli ħarsa minn qabel ta' kif se tidher il-verżjoni li jmiss tas-softwer tal-kollezzjoni onlajn fuq is-sit web JoinUp
  33. 11/12/2014 - Ir-rettifiki għall-annessi tal-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini ġew ippubblikati f'16-il lingwa. Il-modifikazzjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw ġew inkorporati fl-għodod tal-IT tal-Kummissjoni li jassistu lill-organizzaturi, prinċipalment is-softwer tal-Kummissjoni u l-kontijiet tal-organizzaturi f'dan il-websajt.
  34. 10/11/2014 - Verżjoni appdejtjata tad-dokument li tindika liema formola tista' tuża biex tappoġġja inizjattiva taċ-ċittadini skont iċ-ċittadinanza u r-residenza tiegħek issa tinsab disponibbli.
  35. 28/08/2014 - Verżjoni aġġornata tal- Gwida għall-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini issa tinstab bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE.
  36. 10/07/2014 - Inizjattiva Right2Water: Il-Kummissjoni torganizza laqgħa tal-partijiet ikkonċernati dwar valutazzjoni komparattiva tal-kwalità u s-servizzi tal-ilma fid-9 ta' Settembru fi Brussell. L-eżerċizzju hu intiż biex iżid it-trasparenza dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tal-ilma u tas-sanità. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu lil EC-WATER-BENCHMARKING@ec.europe.eu .
  37. 01/07/2014 - In-numri minimi ta' firmatarji għal kull Stat Membru ġie mmodifikat biex titqies il-bidla fil-bażi tal-kalkolu (l-għadd ta' Membri tal-Parlament Ewropew għal kull Stat Membru). Dawn in-numri se japplikaw għall-inizjattivi kollha rreġistrati mill-1 ta' Lulju 2014. Iċċekkja n-numri ġodda.
  38. 23/06/2014 - L-Inizjattiva Right2Water: konsultazzjoni pubblika dwar id-Direttiva tal-Ilma tax-Xorb ġiet imnedija bħala parti minn dawn l-azzjonijiet ta' segwitu. Ara l- istqarrija għall-istampa.
  39. 04/06/2014 - Minħabba operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, il-websajt tal-inizjattiva taċ-ċittadini mhux se jkun disponibbli fl-7 ta’ Ġunju mit-20:00 sa 23:00 CEST. Nitolbuk tiskużana għal kull inkonvenjenza kkawżata. Nirringrazzjawk tal-komprensjoni tiegħek.
  40. 28/05/2014 - Il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Komunikazzjoni bħala rispons għat-tieni Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, One of Us. Jekk jogħġbok ara l-istqarrija għall-istampa.
  41. 09/04/2014 - L-organizzaturi tal-inizjattiva One of us (Wieħed minna) iltaqgħu llum mal-Kummissarju responsabbli għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, is-Sinjura Geoghegan-Quinn, u mal-Aġent Direttur Ġenerali responsabbli għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, is-Sur Cornaro. Ara l-istqarrija għall-istampa.
  42. 08/04/2014 - Is-smigħ fil-Parlament Ewropew (10/04, 09:00 – 12:30) se jkun trażmess fuq il-web b'xandira diretta f'dan l-indirizz: Ebs, Europarl
  43. 31/03/2014 - Fl-10 ta' April 2014, fil-Parlament Ewropew, se jsir smigħ pubbliku dwar it-tieni inizjattiva ppreżentata lill-Kummissjoni, One of us. Għal aktar informazzjoni u għar-reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta: http://www.europarl.europa.eu/committees/mt/peti/home.html
  44. 19/03/2014 - Il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Komunikazzjoni bħala rispons għall-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, "Right2Water". Ara l-istqarrija għall-istampa.
  45. 28/02/2014 - Wara li ġabret l-għadd meħtieġ ta' firmatarji, it-tieni Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Wieħed Minna", ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha 3 xhur biex twieġeb. Ara l-istqarrija għall-istampa u l-proċedura ta' eżaminazzjoni.
  46. 17/02/2014 - L-organizzaturi tal-inizjattiva right2water iltaqgħu llum mal-Viċi-President Maroš Šefčovič. Ara l-istqarrija għall-istampa.
  47. 13/02/2014 - Is-smigħ fil-Parlament Ewropew (is-17 ta' Frar, 15:00 – 18:30) se jkun trażmess fuq il-web b'xandira diretta f'dan l-indirizz: Ebs
  48. 05/02/2014 - Smigħ pubbliku dwar l-ewwel inizjattiva ppreżentata lill-Kummissjoni, right2water, se jsir fis-17 ta' Frar 2014 fil-Parlament Ewropew. Għal aktar informazzjoni u għar-reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ikkunsulta: http://www.europarl.europa.eu/news/en/news-room/content/20140204STO34708/html/Right-to-water-attend.
  49. 20/12/2013 - Billi l-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ġabret l-għadd meħtieġ ta' firem ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha 3 xhur biex twieġeb. Ara l-istqarrija għall-istampa u l-proċedura ta' eżaminazzjoni.
  50. 02/11/2013 - l-ewwel tmien Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (ECIs) waslu lbieraħ f'nofsillejl fit-tmiem tal-perjodu tal-ġbir tagħhom. Ara l-Istqarrija għall-Istampa tal-31 ta' Ottubru.
    Tlieta minnhom, Right2Water, One of Us, u Stop Vivisection, iddikjaraw li laħqu l-mira ta' miljun firma fl-UE u l-għadd minimu ta' firem f'tal-anqas seba' Stati Membri. Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għad iridu jiġu verifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti qabel is-sottomissjoni formali ta' dawn l-inizjattivi.
  51. 04/10/2013 - Il-formola ta’ reġistrazzjoni ġdida kif ukoll il-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ġodda se jkunu disponibbli mit-8 ta’ Ottubru. Jekk jogħġbok ara r-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2013 tal-11 ta’ Lulju 2013 għad-dettalji sħaħ.
    L-organizzaturi tal-inizjattivi attwalment irreġistrati se jkunu jistgħu jkomplu jużaw il-verżjoni attwali tal-formoli tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ jew jibdew jużaw il-verżjoni l-ġdida mit-8 ta’ Ottubru.
  52. 24/05/2013 - Minħabba operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, il-websajt tal-inizjattiva taċ-ċittadini mhux se jkun disponibbli fl-24 ta’ Mejju mit-20:00 sa 23:00 CEST. Nitolbuk tiskużana għal kull inkonvenjenza kkawżata. Nirringrazzjawk tal-komprensjoni tiegħek.
  53. 29/04/2013 - Issa tista' ssib sett ta' linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni prattika tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, intiżi għall-użu tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-organizzaturi. Dawn ikopru stadji varji tal-proċedura tal-Inizjattiva, mir-reġistrazzjoni mal-Kummissjoni sal-verifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ.
  54. 31/10/2012 - Bħala rispons għall-kwistjonijiet iffaċċjati mill-organizzaturi matul il-fażi ta’ bidu, il-Kummissjoni ddeċidiet li hi kienet eċċezzjonalment se taċċetta d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ li jinġabru sal-01/11/2013 għall-inizjattivi reġistrati bħalissa.
  55. 31/10/2012 - L-Ewwel inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li għaddejja fuq is-servers tal-Kummissjoni, "Fraternité 2020", tista’ attwalment tibda tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ onlajn, wara ċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħhom mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Lussemburgu - Stqarrija għall-istampa.
  56. 04/09/2012 - L-ewwel inizjattiva – right2water – bdiet bil-ġbir ta’ dikjarazzjoni ta’ appoġġ onlajn. Is-sistema onlajn tagħha twaqqfet b’suċċess ma’ provveditur privat tal-websajts tal-internet u ġiet iċċertifikata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Stqarrija għall-istampa
  57. 17/08/2012 - Għajnuna eċċezzjonali mill-Kummissjoni fil-fażi tal-bidu. Biex tgħin jibdew l-ewwel inizjattivi tat-ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni offriet, bħala miżura eċċezzjonali, is-servers tagħha lill-organizzaturi li qed isibuha iebsa jsibu provveditur tal-websajts tal-internet lest li jagħtihom spazju, u qed tgħinhom b’mod sħiħ biex jippreparaw għaċ-ċertifikazzjoni tas-sistema ta’ ġbir onlajn tagħhom mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Ara ESPRESSO tat-18 ta’ Lulju u illinkja ma’ joinup.eu.
  58. 11/05/2012 - L-ewwel Inizjattivi Ewropej taċ-Ċittadini ġew irreġistrati; il-ġbir tal-firem li jappoġġawhom issa jista' jibda. Sib hawn x'qed jipproponu dawn l-inizjattivi.
  59. 08/05/2012 - Stqarrija għall-istampa
  60. 31/03/2012 - Messaġġ mingħand Maroš Šefčovič, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea
  61. 30/03/2012 - L-għadd minimu ta' firmatarji għal kull Stat Membru ġie emendat biex titqies il-bidla fil-bażi għal kalkolu (l-għadd ta' Membri tal-Parlament Ewropew għal kull Stat Membru). Ikklikkja l-membri ġodda.
  62. 30/03/2012 - Il-Corrigenda tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini dalwaqt se tkun ippubblikata b'19-il lingwa, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjoni tal-formoli ta' appoġġ. Din se tkun ukoll inkorporata fis-softwer tal-Kummissjoni li verżjoni ġdida tiegħu se tinħareġ din il-ġimgħa. Organizzaturi potenzjali għandhom jiżguraw li jużaw din il-verżjoni appdejtjata fis-sistema tagħhom.