Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni

Il-programm ta' ħidma juri kif il-Kummissjoni qed tippjana li tbiddel fi prattika dawk il-prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-President. Dan jagħti ħarsa ġenerali multiannwali tal-attivitajiet biex jgħin lill-partijiet interessati u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jippjanaw il-ħidma tagħhom mal-Kummissjoni.

Il-prijoritajiet ġenerali tal-Kummissjoni għall-2009-14 huma stabbiliti fil-linji gwida politiċi tal-President

Il-prijoritajiet u l-għanijiet għas-sena d-dieħla huma stipulati fid-diskors tal-President dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea li jingħata kull ħarifa.

L-inizjattivi ewlenin għandhom jiġu akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jħejju l-"pjanijiet direzzjonali" ta' ħidma ta' valutazzjonijiet tal-impatt ippjanati.

Jintbagħtu rapporti ta' progress kull xahar lill-istituzzjonijiet l-oħra flimkien ma' ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi tal-Kummissjoni ppjanati sal-aħħar ta' kull sena.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?