L-ippjanar strateġiku u ċ-ċiklu tal-ipprogrammar

Il-Kummissjoni tippjana u tirrapporta dwar il-ħidma tagħha skont ċiklu annwali magħruf bħala ċ-ċiklu tal-"ipprogrammar u l-ippjanar strateġiku".

L-istadji prinċipali taċ-ċiklu huma:

  • Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-prijoritajiet u l-objettivi strateġiċi għas-sena ta' wara.
  • L-abbozz tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena – abbażi ta' djalogu bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
  • Istituzzjonijiet oħra tal-UE u l-parlamenti nazzjonali jagħtu l-kummenti tagħhom ukoll dwar il-programm.
  • Id-dipartimenti tal-Kummissjoni (id-direttorati ġenerali) jipproduċu pjanijiet ta' maniġment u strateġiċi li juru kif huma se jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-Kummissjoni u jistabbilixxu objettivi ċari u indikaturi għall-monitoraġġ u r-rapportar.
  • Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jippreparaw valutazzjoni tal-impatt għal kull inizjattiva leġiżlattiva jew li tiddefinixxi l-politika, biex janalizzaw l-effetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta' kull proposta.
  • Lista ta' inizjattivi ppjanati tal-Kummissjoni u lista tal-inizjattivi adottati tal-Kummissjoni tkun aġġornata kull xahar u tintbagħat lill-istituzzjonijiet oħra tal-UE biex tgħinhom jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.
  • Fl-aħħar tas-sena tal-baġit, id-dipartimenti kollha jipproduċu rapport ta' attività annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom fil-kisba tal-objettivi tagħhom.
  • Dawn ir-rapporti jinġabru f'rapport ta' sinteżi English (en) kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Mill-2016 'l quddiem, ir-rapport ta’ sinteżi hu inkluż fir-Rapport Annwali tal-Maniġment u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?