Il-Pjanijiet ta' Ġestjoni u r-Rapporti ta' Attività tad-Dipartimenti

Il-pjanijiet ta' ġestjoni tad-dipartimenti jistabbilixxu l-għanijiet tal-politika għas-sena kollha. Ir-rapporti ta' attività juru kemm intlaħqu l-għanijiet tas-sena ta' qabel u x'riżorsi intużaw.

Il-pjanijiet ta' ġestjoni

Kull sena, kull dipartiment tal-Kummissjoni jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni li jaqleb l-istrateġija għal tul ta' żmien tad-dipartiment f'għanijiet ġenerali u speċifiċi li jirriflettu:

  • il-prijoritajiet politiċi prinċipali tal-Kummissjoni, b'mod partikolari kif stabbiliti fl-Strateġija Ewropa 2020, id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea (2013 English (en), 2012 Deutsch (de)English (en)français (fr)português (pt), 2011 Deutsch (de) English (en) français (fr) português (pt) , 2010 Deutsch (de) English (en) français (fr) português (pt) ) u l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni;
  • ir-riżorsi li jistgħu jintużaw kif inklużi fil-Baġit DeutschEnglishfrançais.

L-għan tal-pjan ta' ġestjoni hu li:

  • jgħin lid-dipartimenti tal-Kummissjoni jżommu l-għanijiet tagħhom viċin kemm jista' jkun tal-għanijiet tal-politika tal-Kummissjoni
  • jippjana u jimmaniġġja attivitajiet biex jintlaħqu għanijiet, b'użu effiċjenti tar-riżorsi
  • jistabbilixxi indikaturi ta' rendiment għall-monitoraġġ tal-progress matul is-sena
  • jidentifika r-riskji prinċipali li jista' jkollhom impatt fuq il-kisba tal-għanijiet u jissuġerixxi rimedji
  • jipprovdi bażi għar-rappurtaġġ tar-riżultati fir-rapport annwali ta' attività
  • jasal għal konklużjonijiet mit-tagħlim mill-esperjenza.

Ir-Rapporti Annwali ta' Attività

Ir-rapporti ta' attività jippermettu li l-Kummissjoni tevalwa kif id-dipartimenti tagħha immaniġġjaw ir-riżorsi tagħhom u liema għanijiet laħqu.

Ir-rapport iservi bħala:

  • dikjarazzjoni ta' kif intlaħqu l-għanijiet tal-politika prinċipali u l-attivitajiet prinċipali, u l-użu tar-riżorsi biex dan sar.
  • rapport li jkopri l-aspetti kollha tal-ġestjoni.
  • dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mill-kapijiet tad-dipartiment (id-Diretturi Ġenerali) li t-tranzazzjonijiet finanzjarji kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom huma legali u korretti.

Links popolari

  • Il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) Deutsch (de) English (en) français (fr) hrvatski (hr) português (pt)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?