L-ippjanar u l-preparazzjoni

Il-Kummissjoni tippjana l-ħidma tagħha, inkluż l-abbozz ta' leġiżlazzjoni ġdida, fuq il-bażi tal-prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-President.

L-ippjanar tal-ħidma

Fuq il-livell tal-Kummissjoni: Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni juri kif il-Kummissjoni qed tippjana li tbiddel fi prattika dawk il-prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-President.

Il-preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni

Qabel ma tipproponi leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni tiċċekkja l-liġijiet attwali u tagħmel valutazzjoni tal-impatt Englishbiex tevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali għal kull inizjattiva ġdida. Jittieħdu f'konsiderazzjoni wkoll sitwazzjonijiet u kwistjonijiet ġodda li qed jiżviluppaw fl-Ewropa u l-implikazzjonijiet possibbli tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkonsulta l-partijiet interessati u istituzzjonijiet oħra għall-opinjonijiet tagħhom u tfittex l-opinjonijiet tal-gverniijiet u tal-parlamenti nazzjonali.

Biex tkun mgħarraf permezz ta' email dwar il-pjanijiet direzzjonali ġodda u/jew konsultazzjonijiet pubbliċi, abbona fin-Notifiki Il-Ħidma tal-Kummissjoni – jew, jekk tirrappreżenta organizzazzjoni jew int individwu li taħdem għal rasek li twettaq attivitajiet li jinfluwenzaw il-politika u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE.

Links popolari

  • Linji gwida politiċi tal-President għal ħames snin pdfDeutsch (de) English (en) français (fr) hrvatski (hr) português (pt)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?