Il-valutazzjoni tal-impatt - Il-konsultazzjonijiet

Qabel tagħmel proposti għal leġiżlazzjoni ġdida, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt u tikkonsulta sew mal-partijiet interessati.

Meta l-Kummissjoni tibda taħdem fuq liġi ġdida, l-ewwel pass ikun li tagħmel valutazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali permezz ta' 'Valutazzjonijiet tal-Impatt' Englishli:

  • ittejbu l-kwalità tal-proposti tal-poilitika billi min jiżviluppa l-politika jkun responsabbli għall-valutazzjoni tal-impatt ta' dak li qed jipproponi
  • jipprovdu analiżi integrata tal-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll ta' effetti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali sinifikanti tal-inizjattivi l-ġodda
  • jiżguraw li jintużaw il-kompetenzi interni, flimkien mas-suġġerimenti tal-partijiet interessati
  • jgħinu biex l-inizjattivi jkunu konsistenti fl-oqmsa politiki kollha
  • huma affidabbli u trasparenti (ikunu ppubblikati onlajn Englishmeta l-proposta rilevanti tiġi adottata)
  • jiċċaraw għaliex azzjoni (jew nuqqas ta' azzjoni) hija meħtieġa fuq il-livell tal-UE u għaliex intgħażel rispons partikolari.

Il-konsultazzjonijiet

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi mal-partijiet interessati huma l-mod ewlieni tal-ġbir ta' xhieda u opinjonijiet meħtieġa biex issir proposta xierqa għal UE magħmula minn 28 pajjiż, biex l-ideat ikunu ttestjati u jinbena kunsens.

Fi stadji differenti tal-proċeduri tat-tfassil tal-liġi, il-Kummissjoni għandha:

  • tikkonsulta l-partijiet interessati bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-awtoritajiet lokali, ir-rappreżentanti tal-industrija u l-'imsieħba soċjali' (ir-rappreżentanti tat-trejdunjins u l-organizzazzjonijet ta' min iħaddem);
  • tikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (li jirrapreżenta għadd ta' organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi fl-UE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (li jirrapreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali);
  • tfittex l-opinjonijiet tal-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali.

Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura ta' konsultazzjoni permezz tal-websajt dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

Biex tkun mgħarraf permezz ta' email dwar il-pjanijiet direzzjonali ġodda u/jew konsultazzjonijiet pubbliċi, abbona fin-Notifiki Il-Ħidma tal-Kummissjoni – jew, jekk tirrappreżenta organizzazzjoni jew int individwu li taħdem għal rasek li twettaq attivitajiet li jinfluwenzaw il-politika u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE.

Links popolari

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
  • Valutazzjonijiet tal-impatt ippjanati (roadmaps) English (en) hrvatski (hr)
  • Rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt English (en) hrvatski (hr)
  • Il-prinċipji ġenerali u l-istandards minimi għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati dansk (da) Deutsch (de) ελληνικά (el) English (en) español (es) suomi (fi) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) Nederlands (nl) português (pt) svenska (sv)
  • Ir-reġistru għat-trasparenza
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?