Il-Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta l-interessi ġenerali tal-UE kollha. Tipproponi leġiżlazzjoni ġdida lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tiżgura li l-liġi tal-UE tiġi applikata sew mill-pajjiżi membri.

Il-'Kummissjoni' tirreferi kemm għal 28 Kummissarju kif ukoll għall-istituzzjoni stess.

Il-Kummissjoni għandha d-dritt ta' inizjattiva biex tipproponi liġijiet għall-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE (il-ministri nazzjonali). Fil-maġġoranza tal-każi, il-Kummissjoni tagħmel proposti biex iżżom mal-obbligi tagħha fit-trattati tal-UE, jew għax istituzzjoni oħra tal-UE, pajjiż jew parti interessati talabha taġixxi. Minn April 2012, iċ-ċittadini tal-UE ukoll jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi liġijiet (L-iniżjattiva taċ-Ċittadini Ewropej).

Qabel tagħmel proposti, il-Kummissjoni tikkonsulta sew sabiex l-opinijonijiet tal-partijiet interessati jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati. Ġeneralment, valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali potenzjali ta' att leġiżlattiv jkun ippubblikat flimkien mal-proposta stess.

Il-prinċipji tas-sussidjarjetà danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska u l-proporzjonalità danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska jfissru li l-UE tista' tadotta liġijiet biss fejn azzjoni tkun iktar effettiva fil-livell tal-UE milli fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, u f'dak il-każ, mhux iktar liġijiet milli hemm bżonn sabiex tilħaq l-għanijiet mixtieqa.

Ladarba l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun adottata, il-Kummisjoni tiżgura li tkun applikata sew fil-pajjiżi membri tal-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?