It-teħid tad-deċiżjonijiet

Il-proċedura standard għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE hi magħrufa bħala 'kodeċiżjoni'. Dan ifisser li l-Parlament Ewropew irid japprova l-leġiżlazzjoni tal-UE flimkien mal-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni.

It-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE jinvolvi tliet istituzzjonijiet prinċipali:

Normalment il-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, iżda l-Kunsill u l-Parlament flimkien jadottawha. Din hija l-proċeduri standard tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE (magħrufa bħala l-"proċedura leġiżlattiva ordinarja" jew "kodeċiżjoni").

Jeżistu wkoll proċeduri leġiżlattivi speċjali fejn f'ċerti każi atti legali jistgħu jkunu adottati mill-Kunsill biss (wara l-konsultazzjoni tal-Parlament), jew inqas spiss, mill-Parlament Ewropew biss (wara l-konsultazzjoni tal-Kunsill).

Il-Kunsill u l-Parlament jistgħu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi.

  • Pereżempju, il-Kummissjoni jista' jkollha bżonn taġġorna elementi mhux essenzjali ta' liġi skont progress xjentifiku jew żviluppi fis-suq. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiflu dawn l-'atti delegati'.
  • L-atti ta' implimentazzjoni huma meta l-Kummissjoni tadotta miżuri biex tiżgura li l-atti tal-UE jkunu implimentati b'mod uniformi madwar l-UE. Il-gvernijiet tal-UE jiflu l-atti ta' implimentazzjoni permezz tas-sistema magħrufa bħala komitoloġija.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 
Ara wkoll
Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?