Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi applikata fil-pajjiżi tal-UE kollha, u tista' tieħu azzjoni legali biex tinforza dan fejn hemm bżonn.
Il-liġi tal-UE hija maqsuma f'leġiżlazzjoni 'primarja' u 'sekondarja'. It-trattati (il-leġiżlazzjoni primarja) huma l-bażi tall-azzjonijiet tal-UE kollha. Il-leġiżlazzjoni sekondarja (li tinkludi regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) tiġi mill-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti fit-trattati.
Ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet huma applikabbli direttament; iżda d-direttivi tal-UE jillimitaw ruħhom li jesponu r-riżultat mixtieq, u jħallu lill-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu, fi żmien stabbilit, kif jaslu għal dak ir-riżultat permezz tal-liġi nazzjonali.
Waqt li l-gvernijiet individwali tal-UE huma responsabbli mill-applikazzjoni tal-liġi tal-UE f'pajjiżhom, il-Kummissjoni timmonitorja li dan isir sew.
Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni jekk xi pajjiż tal-UE:
L-ewwel pass isir billi jkunu kkuntattjati l-awtoritajiet nazzjonali. Jekk ma tinstab ebda soluzzjoni xierqa, il-Kummissjoni tista':
Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li jkun hemm kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni bejn in-negozji tal-UE - billi tiċċekkja li l-għajnuna li tingħata lin-negozji mill-gvernijiet nazzjonali tikkonforma mar-regoli dwar l-għanjuna mill-Istat tal-UE.
Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?