Dan is-sit gie arkivjat (30/01/14)
30/01/14
Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
It-Trattat ta’ Liżbonaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2)
EUROPA > It-Trattat ta’ Liżbona > Ħarsa lejn it-Trattat
Paġna ta’ merħbaPaġna ta’ merħba

Ħarsa lejn it-Trattat

Figura żgħira ta' raġel miexi fuq paġna tat-Trattat

Fit-13 ta' Diċembru 2007, il-mexxejja ta' l-UE ffirmaw it-Trattat ta' Liżbona. Dan wassal għat-tmiem ta' diversi snin ta' negozjati dwar kwistjonijiet istituzzjonali.

It-Trattat ta' Liżbona jemenda t-trattati attwali ta' l-UE u l-KE, mingħajr ma jeħoldilhom posthom. Dan se jipprovdi lill-Unjoni b'qafas legali u l-għodod neċessarji sabiex jintlaħqu sfidi futuri u jwieġbu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini.

  1. Ewropa aktar demokratika u trasparenti, bi rwol imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, aktar opportunitajiet għaċ-ċittadini sabiex issemgħu leħinhom u jkun hemm sens ċar ta' min għandu liema rwol kemm fuq il-livell Ewropew u dak nazzjonali.
    • Rwol imsaħħaħ għall-Parlament Ewropew: il-Parlament Ewropew li huwa elett direttament miċ-ċittadini ta' l-UE se jirċievi poteri importanti ġodda fuq il-leġiżlazzjoni ta' l-UE, il-baġit ta' l-UE u l-ftehimiet internazzjonali. B'mod partikolari, iż-żieda fil-proċedura ta' ko-deċiżjoni fit-tfassil tal-politika se tassigura li l-Parlament Ewropew ikun jinsab fuq l-istess livell mal-Kunsill, jirraprenżenta l-Istati Membri għal biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE.
    • Parteċipazzjoni akbar tal-parlamenti nazzjonali: il-parlamenti nazzjonali se jkollhom aktar opportunitajiet biex ikunu involuti fil-ħidma ta' l-UE, b'mod partikolari grazzi għal mekkaniżmu ġdid sabiex jissorvelja li l-Unjoni taġixxi biss fejn jistgħu jinkisbu riżultati aħjar fuq il-livell ta' l-UE (sussidjarjetà) Flimkien mar-rwol imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew, se żżid id-demokrazija u l-leġittimità fil-funzjonament ta' l-Unjoni.
    • Vuċi aktar b'saħħitha għaċ-ċittadini: grazzi għall-Inzjattiva taċ-Ċittadini, miljun ċittadin minn għadd ta' Stati Membri se jkollhom l-opportunità li jappellaw lill-Kummissjoni biex tressaq proposti politiċi ġodda.
    • Min jagħmel xiex: ir-relazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea ser issir ċara bil-kategorizzazzjoni ċara ta' kompetenzi.
    • L-irtirar mill-Unjoni: għall-ewwel darba, b'mod ċar it-Trattat ta' Liżbona jagħraf il-possibbiltà għal Stat Membru li jirtira mill-Unjoni.
  2. Ewropa aktar effiċjenti, b'metodi ta' ħidma u regoli għall-votazzjoni aktar sempliċi, istituzzjonijiet effiċjenti u moderni għal UE b'27 membru u abbiltà imtejba biex jaħdmu f'oqsma ta' prijorità għolja għall-Unjoni tal-lum.
    • Tehid ta' deċiżjonijiet effettivi u effiċjenti: votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fi ħdan il-Kunsill se tkun imġedda għal oqsma politiċi ġodda sabiex jitħaffef u jsir aktar effiċjenti l-proċess ta' tehid ta' deċiżjonijiet. Mill-2014 'il quddiem, il-kalkolazzjoni ta' maġġoranza kwalifikata se tkun ibbażata fuq il-maġġoranza doppja ta' l-Istati Membri u l-persuni, għalhekk tkun qed tiġi rappreżentata leġittimità doppja ta' l-Unjoni. Tinkiseb maġġoranza doppja meta tittiehed deċiżjoni minn 55% ta' l-Istati Membri li jirrapreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni.
    • Qafas istituzzjonali aktar stabbli u effiċjenti: It-Trattat ta' Liżbona joħloq il-funzjoni ta' President tal-Kunsill Ewropew elett għal sentejn u nofs, jintroduċi kuntatt dirett bejn l-elezzjoni għall-President tal-Kummissjoni u r-riżultat ta' l-elezzjonijiet Ewropej, jipprovdi arranġamenti ġodda għall-għamla futura tal-Parlament Ewropew u għal Kummissjoni iżgħar u jinkludi regoli aktar ċari dwar kooperazzjoni msaħħa u dispożizzjonijiet finanzjarji.
    • Intejbu l-ħajja ta' l-Ewropej: it-Trattat ta' Liżbona jtejjeb il-kapaċità ta' l-UE li taġixxi f'diversi oqsma politiċi ta' prijorità għolja għall-Unjoni tal-lum u ċ-ċittadini tagħha. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari għall-oqsma politiċi tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, bħal per eżempju l-ġlieda kontra t-terroriżmu jew l-kriminalità. Sa ċertu punt jikkonċerna wkoll oqsma oħra li jinkludu l-politika dwar l-enerġija, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ċivili, it-tibdil fil-klima, is-servizzi ta' interess ġenerali, ir-riċerka, l-ispazju, il-koeżjoni territorjali, il-politika dwar il-kummerċ, l-għajnuna umanitarja, l-isport, it-turiżmu u l-kooperazzjoni amministrattiva.
  3. Ewropa ta' drittijiet u valuri, libertà, solidarjetà u sigurtà, li tippromwovi l-valuri ta' l-Unjoni, tintroduċi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-liġi primarja Ewropea, tipprovdi għal mekkaniżmi ġodda ta' solidarjetà u tassigura protezzjoni aħjar għaċ-ċittadini Ewropej.
    • Valuri demokratiċi: it-Trattat ta' Liżbona jisħaq u jerġa' jsaħħaħ il-valuri u l-għanijiet fuq liema l-Unjoni hija mibnija. Dawn il-valuri jimmiraw li jservu bħala punt ta' referenza għaċ-ċittadini Ewropej u li juru x'għandha x'toffri l-Ewropa lill-imsieħba madwar id-dinja.
    • Id-drittijiet taċ-ċittadini u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: it-Trattat ta' Liżbona jżomm id-drittijiet eżistenti filwaqt li jintroduċi oħrajn ġodda. B'mod partikolari, huwa jiggaratixxi l-libertajiet u l-prinċipji stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jagħti lid-dispożizzjonijiet tiegħu saħħa legali li torbot. Jikkonċerna drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali.
    • Libertà għaċ-ċittadini Ewropej: it-Trattat ta' Liżbona jippreserva u jsaħħaħ l-"erba' libertajiet" u l-libertà politika, ekonomika u soċjali taċ-ċittadin Ewropew.
    • Is-solidarjetà bejn l-Istati Membri: it-Trattat ta' Liżbona jistipula li L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaġixxu flimkien fi spirtu ta' solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun il-vittma ta' attakk terroristiku jew il-vittma ta' diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem. Tingħata wkoll importanza lis-solidarjetà fil-qasam ta' l-enerġija.
    • Iżjed sigurtà għal kulħadd: l-Unjoni se tikseb estensjoni tal-kapaċità biex taġixxi fil-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja li ser iġġib benefiċċji diretti f'termini tal-kapaċità ta' l-Unjoni biex tiġġieled il-kriminalità u t-terroriżmu. dispożizzjonijiet ġodda dwar il-protezzjoni ċivili, l-għajnuna umanitarja u s-saħħa pubblika se jkollhom l-għan li jistimolaw il-kapaċità ta' l-Unjoni biex twieġeb għat-theddid għas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej.
  4. L-Ewropa bħala attur fuq ix-xena dinjija se tinkiseb billi jinġabru flimkien l-għodod Ewropej tal-politika esterna, kemm fl-iżvilupp kif ukoll fit-twettiq ta' politiki ġodda. It-Trattat ta' Liżbona ser jagħti vuċi aktar ċara lill-Ewropa fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-imsieħba madwar id-dinja. Se jħaddan is-saħħiet ekonomiċi, umanitarji, politiċi u diplomatiċi ta' l-Ewropa għall-promozzjoni ta' l-interessi Ewropej u l-valuri madwar id-dinja, filwaqt li jiġu rispettati l-interessi partikolari ta' l-Istati Membri fl-Affarijiet Barranin.
    • Rappreżentanza Għolja ġdida għall-Unjoni fl-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, kif ukoll Viċi President tal-Kummissjoni ser iżid l-impatt, il-koerenza u l-viżibilità ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE.
    • Servizz  ġdid Ewropew għall-Azzjoni Esterna se jipprovdi saħħa u appoġġ lir-Rappreżentanza l-Għolja.
    • Personalità legali unika ta' l-Unjoni se ssaħħaħ il-poter ta' negozjar ta' l-Unjoni, billi ssir iktar effettiva fuq livell dinji u tkun imsieħba iktar viżibbli għall-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.
    • Progress fil-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża se jippreserva l-ftehimiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet speċjali iżda wkoll iwitti t-triq lejn kooperazzjoni msaħħa fost gruppi iżgħar ta' Stati Membri.
Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | Fuq