This site has been archived on 10/10/13
10/10/13

EMU in quotes

"The EMU seemed impossible for some. It is a success and we should be proud of it."

Jean-Claude Juncker

Brussels Economic Forum
15 May 2008

Merħba għall-EMU@10

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja għalqet 10 snin

Question of the week

27 April 2009


Which country is the euro area's smallest member (by population)?


Correct!

More information
Your country and the euro

Wrong!

The correct answer is: Malta

More information
Your country and the euro

Għaddew għaxar snin minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li tinfetaħ it-triq għall-munita unika għall-Ewropa, l-Ewro. Fl-1 ta' Jannar 2009, l-Ewro ser tagħlaq għaxar snin. Bħall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea ġenerali, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja kien proġett viżjonarju iżda fl-istess ħin prammatiku. Bħala pass importanti lejn ir-rispett ta' l-ideal ta' 'unjoni dejjem eqreb' fost il-popli ta' l-Ewropa, huwa inkiseb permezz ta' koordinazzjoni mill-qrib u konverġenza ta' linji politiċi ekonomiċi, u tħejjijiet tekniċi li saru bir-reqqa fost il-pajjiżi ta' l-UE.

Għaxar snin wara, din hija kisba storika li l-Ewropej kollha jistgħu jkunu kburin biha. Mhux biss din l-unjoni ta' munita hija mingħajr preċedent fl-istorja; nistgħu niddikjaraw li hija suċċess enormi. Fil-firxa ta' għaxar snin din saret biċ-ċar it-tieni l-aktar munita importanti fid-dinja; hija ġabet stabbiltà ekonomika; ippromwoviet l-integrazzjoni ekonomika u finanzjarja, u ġġenerat il-kummerċ u t-tkabbir fost il-membri tagħha; u l-qafas tagħha għal finanzi pubbliċi b'saħħithom u sostenibbli jgħin biex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet futuri ser ikunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw mis-sistemi soċjali li l-Ewropa hija bix-xieraq magħrufa għalihom. Fl-istess ħin, il-funzjonament intern ta' l-UE u r-rappreżentazzjoni esterna tagħha tista' tissaħħaħ.

Għaldaqstant jien nilqgħak bil-ferħ f'dan is-sit elettroniku ddedikat għall-Ewro u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-għaxar anniversarju tagħha. Kemm jekk inti ekonomista, ġurnalista, student jew qarrej interessat, hawn xi ħaġa għalik. Nistiednek tagħtih daqqa t'għajn.

Joaquín Almunia
Joaquín Almunia
Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Joaquín Almunia