Dan is-sit ġie arkivjat (11/05/2012)
11/05/2012

Mogħdija tan-navigazzjoni

    • Print version
    • Decrease text
    • Increase text

    Xjenzi tal-ħajja u bijoteknoloġija

    F'Jannar 2002, il-Kummissjoni adottat strateġija għall-Ewropa fil-qasam tax-xjenzi tal-ħajja u tal-bijoteknoloġija (COM(2002)27). Din l-istrateġija hija reazzjoni għall-interess muri għax-xjenza tal-ħajja mill-Kunsill Ewropew. Tipproponi strateġija kompleta sa l-2010 u tqiegħed dan is-settur fl-ewwel post fost it-teknoloġiji l-aktar reċenti li jikkontribwixxu biex l-Unjoni Ewropea timxi 'l quddiem biex tasal għall-għan strateġiku fit-tul tagħha li ġie definit mill-Kunsill Ewropew ta' Liżbona f'Marzu 2000.

    L-istrateġija fiha żewġ partijiet: għanijiet ta' politika ġenerali u pjan fi 30 punt bl-iskop li din l-istrateġija ssir azzjoni. Tippreċiża l-azzjonijiet li l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn għandhom jieħdu u tirrakkomanda wkoll miżuri għall-parteċipanti pubbliċi u privati. L-istrateġija għalhekk isservi ta' qafas u riferiment għall-azzjonijiet implimentati mill-bosta parteċipamenti fil-qasam ta' responsabbiltà tagħhom u għall-kooperazzjoni bejn dawn il-parteċipanti.

    Il-Kummissjoni qed issegwi l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija u tippubblika regolarment rapporti ta' progress .

    Fl-2007, hija bdiet eżami f'nofs l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea tax-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija, billi bbażat ruħha fuq evalwazzjoni tal-progress li sar mill-2002 u fuq l-istudju "Bio4EU". Dan l-istudju, li ġie mitlub mill-Parlament Ewropew, ta evalwazzjoni ta' l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-bijoteknoloġija. L-istudju fih bosta eżempji konkreti ta' l-applikazzjoni tal-bijoteknoloġija fil-qasam tas-saħħa, ta' l-ikel jew ta' l-ambjent. Il-Kummissjoni użatu biex tirrevedi l-istraġija. Din ir-reviżjoni kienet is-suġġett ta' komunikazzjoni ppreżentati mill-President Barroso.