Rapport Operattiv Annwali tal-OLAF għall-2011

OLAF/11/12 Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011

Fl-2010 l-investigazzjonijiet irriżultaw f'irkupru ta' EUR 68 miljun u l-frodaturi ngħataw sa 125 sena ħabs

Ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li ġie ppubblikat illum jagħti sommarju tal-kisbiet tal-OLAF fl-2010. L-istudji ta' każijiet konkreti jippreżentaw fid-dettall il-ħidma tal-OLAF. Fl-2010 l-OLAF indirizza madwar 500 każ, li inkludew investigazzjonijiet esterni kumplessi, investigazzjonijiet interni sensittivi, u każijiet multinazzjonali fejn l-OLAF assuma r-rwol ta' koordinatur.

"Huwa bi pjaċir kbir li qed nippreżenta r-riżultati pożittivi tal-ħidma tagħna fl-2010. Fil-klima ekonomika ta' bħalissa, huwa aktar importanti minn qatt qabel li niżguraw li l-fondi tal-UE jintużaw għall-iskopijiet proprji tagħhom u li jaslu għand il-benefiċjarji maħsuba. Aħna, l-OLAF u Servizzi oħrajn tal-Kummissjoni, se nżommu l-livell għoli fil-ġlieda kontra l-frodi fl-Istati Membri, u se nżommu tolleranza żero lejn il-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE. Nappella lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom. Huwa essenzjali li jikkooperaw u li jieħdu azzjoni fil-pront u deċiżiva biex jirkupraw dawk il-flus tal-UE li ntużaw ħażin u biex iressqu quddiem 'il qorti lil dawk li jkunu wettqu r-reat,” qal Giovanni Kessler, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF.

Sommarju tal-attivitajiet operattivi fl-2010

  • Infetħu 225 każ ġdid investigattiv u operattiv: 150 investigazzjoni interna u esterna u 75 każ ta' koordinazzjoni u ta' għajnuna. Matul is-sena ngħalqu 189 każ investigattiv u operattiv.
  • Il-perjodu totali medju tal-investigazzjonijiet u tal-operati, inkluż il-fażi ta' valutazzjoni, kien ta' 27.9 xahar, l-aktar wieħed baxx iżjed minn qatt qabel f'dawn l-aħħar ħames snin.
  • 46% tal-informazzjoni li jirċievi l-OLAF ġejja mis-settur pubbliku fuq il-livell tal-UE u tal-Istati Membri. 52% ġiet miċ-ċittadini u mis-settur privat.
  • EUR 67.9 miljun ġew irkuprati bħala riżultat tal-każijiet tal-OLAF.
  •  L-ogħla ammonti ġew irkuprati fis-settur tal-fondi strutturali (EUR 32.9 miljun), segwit  mill-agrikoltura (EUR 11.9 miljun) u min-nefqa diretta (EUR 10.6 miljun).
  • S'issa ġew irkuprati wkoll EUR 351.2 miljun ulterjuri li jirrigwardaw il-każijiet ta' segwitu li għadhom għaddejjin.
  • Il-qrati nazzjonali ssentenzjaw lill-frodaturi għal total ta' 125 sena priġunerija matul l-2010 u imponew penali finanzjarji li jammontaw għal madwar EUR 1.47 biljun bħala riżultat tal-każijiet tal-OLAF.

websajt tal-OLAF.

Pavel BOŘKOVEC
Kap tal-Unità, Kelliem tal-OLAF, Komunikazzjoni u Relazzjonijiet Pubbliċi
Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
RueJoseph II, 30 B-1049 Brussell (il-Belġju)
Telefon: +32 2 296 72 00
Faks: +32 2 2998101
Email: olaf-media@ec.europa.eu

Print versionDecrease textIncrease text
Kalendarju
L-aħħar aġġornament: 02/05/2012