Irrapporta frodi

X'jikkostitwixxi frodi?

Frodi hija att deliberat ta' qerq bl-intenzjoni li wieħed igawdi personalment jew li jikkawża telf lil parti oħra.

Irregolarità hija att li ma jħarisx ir-regoli tal-UE u li jista' jkollu impatt negattiv fuq l-interessi finanzjarji tal-UE, iżda li jista' jkun irriżulta minn żbalji ġenwini magħmula kemm mill-benefiċjarji li jitolbu l-fondi kif ukoll mill-awtoritajiet responsabbli li jagħtu l-pagamenti. Madankollu, jekk xi irregolarità ssir b'mod deliberat din tkun frodi.

Jekk jogħġbok irrapporta jekk qed tissuspetta:

  • frodi jew irregolaritajiet serji oħra li jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-fondi pubbliċi tal-UE, kemm id-dħul tal-UE, in-nefqa, jew l-assi miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE.
  • imġiba ħażina serja mill-Membri jew mill-persunal tal-Istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE.

L-OLAF ma jistax jinvestiga allegazzjonijiet ta':

  • frodi mingħajr ebda impatt finanzjarju fuq il-fondi pubbliċi tal-UE. Jekk jogħġbok irrapporta dawn l-allegazzjonijiet għand il-pulizija nazzjonali.
  • korruzzjoni li ma tinvolvix il-Membri jew il-persunal tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE. Jekk jogħġbok irrapporta dawn l-allegazzjonijiet għand il-pulizija nazzjonali.
  • użu qarrieqi tal-logo tal-UE jew l-isem tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Rapport

Tista' tikkuntattjana b'mod anonimu. M'hemmx formalitajiet. Agħtina biss informazzjoni kemm jista' jkun preċiża u dettaljata. Tista' tikkomunika mal-OLAF b'waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE.

Irrapporta Frodi jekk int uffiċjal tal-UE (Whistleblowers)

Jekk int impjegat taċ-ċivil u taħdem fi kwalunkwe istituzzjoni tal-UE, għandek l-obbligu li tirrapporta każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni, attivitajiet illegali oħra, jew kondotta professjonali li tista' tfalli serjament milli tħares l-obbligi tal-uffiċjali.
Min jgħaddi l-informazzjoni (whistleblowers) u jirrispetta r-regolament tal-persunal dwar din il-kwistjoni se jiġi mħares minn konsegwenzi negattivi. Dan jinkludi l-identità ta' min jgħaddi l-informazzjoni, kif ukoll il-mobbiltà u r-rapport tal-persunal dwar il-persuna kkonċernata. Naturalment, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tapplika dawn il-miżuri ta' ħarsien, jinħtieġ li l-persuna kkonċernata tidentifika lilha nnfisha mal-Istituzzjoni.
Tista' tinforma jew lill-ġerarkija tiegħek jew lill-OLAF dwar is-suspetti tiegħek. Jekk trid tinforma lill-OLAF direttament, jekk jogħġbok ibgħatilna emailIt-traduzzjonijiet kollha disponibbli..

Għal aktar tagħrif dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-whistleblowers fl-Istituzzjonijiet tal-UE, jekk jogħġbok ara l-Artikolu 22a u 22b tar-Regolamenti tal-Persunal

Onlajn
Formola onlajn biex tirrapporta frodi
(bl-Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Olandiż)
Informazzjoni dwar l-anonimità Deutsch (de) English (en) français (fr) Nederlands (nl) (stqarrija għall-istampa)

Bl-email
Mistoqsijiet ġenerali tal-OLAF (link għall-formola tal-Mistoqsijiet ġenerali)

Bil-posta
OLAF - Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi
Kummissjoni Ewropea
Rue Joseph II, 30
1000 Brussels
Belgium

Print versionDecrease textIncrease text
Kalendarju
L-aħħar aġġornament: 02/06/2014