X'nagħmlu

Min aħna

Il-baġit tal-Unjoni Ewropea jiffinanzja għadd kbir ta' programmi u proġetti li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini madwar l-UE u lil hinn minnha. L-użu ħażin tal-fondi pprovvduti mill-baġit tal-Unjoni jew l-evażjoni tat-taxxa, id-dazji u l-imposti, li jiffinanzjaw il-baġit tal-Unjoni jolqot b'mod dirett liċ-ċittadini Ewropej u jippreġudika l-proġett Ewropew kollu.

Filwaqt li l-funzjoni investigattiva tiegħu għandha stat indipendenti u individwali, l-OLAF huwa wkoll parti mill-Kummissjoni Ewropea, taħt ir-responsabbiltà ta' Algirdas ŠemetaIt-traduzzjonijiet kollha disponibbli., il-Kummissarju responsabbli għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, il-Verifika u l-Ġlieda kontra l-Frodi.

Il-missjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tinqasam fi tlieta:

  • jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn;
  • jidentifika u jinvestiga kwistjonijiet serji marbuta mat-twettiq tad-dmirijiet professjonali minn membri u staff tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet tal-UE li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew kriminali;
  • jappoġġja lill-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikulari lill-Kummissjoni Ewropea, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki kontra l-frodi.

Billi jwettaq il-missjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv possibbli, l-OLAF jikkontribwixxi għall-isforzi magħmula mill-Istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiżguraw li jsir l-aħjar użu tal-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxa.

X'nagħmlu

L-OLAF għandu awtonomija amministrattiva u baġitarja, magħmula apposta sabiex ikun jista' jaħdem b'mod indipendenti.

L-OLAF għandu s-setgħa li jmexxi b'indipendenza sħiħa:

  • investigazzjonijiet interni, jiġifieri fi ħdan kull istituzzjoni Ewropea jew entità ffinanzjata mill-baġit tal-UE.
  • investigazzjonijiet esterni, jiġifieri fil-livell nazzjonali, kull fejn il-baġit tal-UE jkun fil-periklu. Għalhekk, l-OLAF jista' jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fil-fondi ta' operaturi ekonomiċi, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.

L-OLAF qed jirċievi kwantità dejjem akbar ta' informazzjoni dwar każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet possibbli, minn medda wiesgħa ta' sorsi. F'ħafna mill-każijiet, din l-informazzjoni hija r-riżultat tal-kontrolli magħmula minn dawk li huma responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fondi tal-UE fi ħdan l-Istituzzjonijiet jew fl-Istati Membri.

Kull allegazzjoni li jirċievi l-OLAF tgħaddi minn valutazzjoni inizjali sabiex jiġi determinat jekk l-allegazzjoni taqax taħt il-mandat tal-Uffiċċju u jekk tilħaqx il-kriterji sabiex titnieda investigazjoni.

Meta jinfetaħ każ, dan jiġi kklassifikat taħt waħda mill-erba' kategoriji li jmiss:

  • Investigazzjonijiet interni: L-investigazzjonijiet interni huma investigazzjonijiet amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni Ewropea bl-għan li tinkixef il-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej; inklużi kwistjonijiet serji li għandhom x'jaqsmu mal-qadi ta' dmirijiet professjonali.
  • Investigazzjonijiet esterni: L-investigazzjonijiet esterni huma investigazzjonijiet barra mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jikxfu frodi jew kondotta irregolari oħra minn persuni naturali jew legali. Il-każijiet jiġu kklassifikati bħala investigazzjonijiet esterni meta l-OLAF jipprovdi l-biċċa l-kbira tal-kontribut investigattiv.
  • Każijiet ta' koordinazzjoni: L-OLAF jikkontribwixxi għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali jew dipartimenti oħra tal-Komunità billi jiffaċilita l-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni u kuntatti.
  • Każijiet ta' assistenza kriminali: Il-każijiet ta' assistenza kriminali huma każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz iwettqu investigazzjoni kriminali bl-għajnuna tal-OLAF.

 Struzzjonijiet mill-OLAF lill-istaff dwar Proċeduri Investigattivi pdf - 126 KB [126 KB] English (en)

Pjan ta' ġestjoni tal-OLAF 2014 pdf - 251 KB [251 KB] English (en)

Print versionDecrease textIncrease text
Kalendarju

Struzzjonijiet mill-OLAF lill-istaff dwar Proċeduri Investigattivi pdf - 126 KB [126 KB] English (en)

Pjan ta' ġestjoni tal-OLAF 2014 pdf - 251 KB [251 KB] English (en)

L-aħħar aġġornament: 27/03/2014