L-istorja

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi huwa magħruf ukoll bħala OLAF, mill-isem Franċiż tiegħu: Office de Lutte Anti-Fraude.

1988

"Il-Grupp ta' Ħidma għall-Koordinament tal-Prevenzjoni tal-Frodi" (UCLAF) inħoloq bħala parti mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.
L-UCLAF ħadem flimkien mad-dipartimenti kontra l-frodi nazzjonali u pprovda l-koordinazzjoni u l-għajnuna meħtieġa biex tiġi indirizzata l-frodi organizzata madwar il-pajjiżi.

1993

Is-setgħat tal-UCLAF żdiedu bil-mod il-mod wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament tal-UE.

1995

L-UCLAF ġie awtorizzat li jniedi l-investigazzjonijiet bl-inizjattiva tiegħu stess, fuq il-bażi ta' informazzjoni minn diversi sorsi.
Id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni kienu meħtieġa jinfurmaw l-UCLAF kull darba li jissuspettaw frodi fl-oqsma li kienu responsabbli għalihom.

1999

Wara l-avvenimenti li wasslu għar-riżenja tal-Kummissjoni dak iż-żmien immexxija minn Santer, ġew ippreżentati proposti għal entità ġdida kontra l-frodi (l-OLAF) b'setgħat akbar. Ir-riżultati ta' dawn il-proposti kienu:
- l-istabbiliment tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) bħala entità indipendenti fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea
(Deċiżjoni 1999/352 pdf)
- ir-regoli ġenerali tal-investigazzjonijiet tal-OLAF Regolament 1073/1999 pdf
- ftehim dwar l-investigazzjonijiet interni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE pdf

Print versionDecrease textIncrease text
Kalendarju
L-aħħar aġġornament: 19/09/2014