Cookies

Biex dan is-sit web jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ dejta fuq l-apparat tiegħek, magħrufin bħala cookies. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta' test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Dan jippermetti lis-sit web li jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn) matul perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa’ żżur is-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

Kif nużaw il-cookies?

Meta utent jidħol għall-ewwel darba fis-sit web tal-OLAF, jinstab l-issettjar tal-lingwa tal-brawżer tal-viżitatur u skript jiddirieġi lill-viżitatur lejn il-verżjoni tal-lingwa korrispondenti tas-sit web. Il-cookies huma użati biex tinħażen il-konfigurazzjoni lingwistika għaż-żjarat li jmiss.

Dawn il-cookies mhumiex essenzjali. Huma l-cookies persistenti 'first-party'. Huma maħsuba biss sabiex jinżammu l-preferenzi ta' lingwa tal-utent.

L-informazzjoni relatata mal-cookie hi kkontrollata mis-sit web.  Dawn il-cookies huma użati biss għall-iskop deskritt hawn fuq.

Jekk l-utent ma jridx cookies, hu għandu jikkonfigura l-brawżer tiegħu biex ma jippermettix l-installazzjoni tal-cookies. 

Nużaw cookies oħra?

Xi wħud mill-paġni jew siti sekondarji tagħna jistgħu jużaw cookies addizzjonali jew differenti għal dawk deskritti hawn fuq. F'dan il-każ, id-dettalji ta’ dawn se jiġu pprovduti fil-paġna tal-avviżi dwar il-cookies speċifiċi tagħhom. Tista’ tintalab tagħti l-kunsens tiegħek biex taħżen dawn il-cookies.

Kif tikkontrolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara AllAboutCookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex jimblukkawhom milli jiġu maħżuna. Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqgħod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.

Tista’ faċilment taċċetta jew tirrifjuta l-cookies fuq dan is-sit billi tagħżel waħda minn dawn il-links li ġejjin: Naċċetta l-cookies / Ma naċċettax il-cookies.

Print versionDecrease textIncrease text
Kalendarju
L-aħħar aġġornament: 29/10/2014