Avviżi legali importanti
   
Kuntatt | Fittex f' EUROPA  

Għajnuna mill-Istat   linja  

L-Għajnuna mill-Istat: Formoli

linja

Formola ta’ lment

Is-servizzi tal-Kummissjoni qegħdin kull ma jmur jirċievu dejjem aktar ilmenti dwar il-possibbiltà ta' għoti ta' għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. Spiss, dawn l-ilmenti fil-bidu jitressqu f'termini pjuttost ġenerali li jagħmilha diffiċli li wieħed jidentifika kemm il-materji inkwistjoni li jikkonċernaw il-kompetizzjoni kif ukoll is-serjetà ta' l-ilment. Dan iwassal għal dewmien konsiderevoli fit-trattament ta' l-ilmenti.

Formola għal ilmenti dwar l-għajnuna mill-Istat

Din il-forma ta' l-ilmenti hija intiża biex tassisti lill-ilmentatur jidentifika l-informazzjoni neċessarja li l-Kummissjoni tkun teħtieġ biex tkun f'qagħda li ssegwi l-ilmenti b'mod effettiv. Dan għandu jiffaċilita t-trattament ta' l-ilmenti kemm min-naħa tal-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri.

Fi ħdan il-Kummissjoni, l-ilmenti dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu trattati fuq bażi deċentralizzata mid-dipartimenti responsabbli. F'każ ta' dubju, l-ilment jista' jitressaq quddiem is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni li jiddetermina liema dipartiment għandu jittratta l-ilment.

fuq nett
linja

Formoli ta' notifika għall-perjodu 2007-2013

Mill-1 ta' Jannar 2007 din il-formola għandha tintuża mill-Istati Membri għan-notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE dwar skemi ġodda ta' għajnuna u għajnuna individwali. Għandha tintuża wkoll kulmeta xi miżura li ma tkunx tikkonstitwixxi f'għajnuna tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika.

L-Istati Membri huma wkoll mitluba jużaw din il-formola meta l-Kummissjoni tirrikjedi informazzjoni komprensiva dwar xi għajnuna allegatament illegali.

Din il-formola, fil-preżent, fiha tliet paġni:

  1. Tagħrif Ġenerali: din il-parti timtela dejjem [doc]
  2. Informazzjoni fil-qosor sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali [doc]
  3. Folja Informattiva Supplimentari skond it-tip ta' għajnuna:

MIŻURI KONNESSI MA' L-IŻVILUPP RURALI 

0. Folja informattiva dwar l-agrikoltura [doc en]

A. Għajnuniet għall-investimenti f'azjendi agrikoli [doc en]

B. Għajnuniet għall-investiment konnessi ma' l-ipproċessar u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti agrikoli [doc en]

C. Għajnuna agro-ambjentali u għall-benesseri ta' l-annimali [doc en]

Cbis. Pagamenti marbuta ma' Natura 2000 u oħrajn konnessi mad-Direttiva 2000/60/KE [doc en]

D. Għajnuna biex tpatti għall-iżvantaġġi li jbatu minnhom ċerti żoni [doc en]

E. Għajnuna biex jintlaħqu l-istandards [doc en]

F. Għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ biex jistabbilixxu rwieħhom [doc en]

G. Għajnuna għal irtirar bikri jew għat-tmiem ta' l-attivitajiet agrikoli [doc en]

H. Għajnuna lill-gruppi tal-produtturi [doc en]

I. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art [doc en]

J. Għajnuna biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti ta' l-agrikoltura ta' kwalità [doc en]

K. Għajnuna għall-forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu [doc en]

L. Għajnuna fis-settur tal-bhejjem [doc en]

M. Għajnuna lill-aktar reġjuni mbiegħda u l-Gżejjer fil-baħar Eġew [doc en]

 

L-AMMINISTRAZZJONI TAR-RISKJI U L-KRIŻIJIET

N. Għajnuna biex tpatti għad-danni lill-produzzjoni agrikola jew lill-mezzi tal-produzzjoni agrikola [doc en]

O. Għajnuna biex jiġi missielet il-mard ta' l-annimali u tal-pjanti [doc en]

P. Għajnuna biex jitwieżen il-ħlas tal-primja ta' l-assikurazzjoni [doc en]

Q. Għajnuna biex tiżżarma il-kapaċità produttiva, ta' l-ipproċessar u tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq [doc en]

 

GĦAJNUNIET OĦRA

R. Għajnuna għar-reklamar ta' prodotti agrikoli [doc en]

S. Għajnuna konnessa ma' l-eżenzjonijiet tat-taxxa skond id-Direttiva 2003/96/KE [doc en]

T. Għajnuniet għas-settur tal-foresterija [doc en]


Formoli oħra li tista' tuża

Għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' azjendi f'qagħda mwiegħra [doc de en fr]

Għajnuna għat-taħriġ [doc de en fr]

Għajnuna għall-impjiegi [doc de en fr]

Għajnujna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

  • fil-każ ta' skema [doc de en fr]
  • fil-każ ta' għajnuna individwali [doc de en fr]

Għajnuna għall-kapital tar-riskju [doc de en fr]

Għajnuna reġjonali (l-Anness III 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 kif modifikat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 ta' l-24 ta' Ottubru 2006) [en]

Għajnuna lill-SMEs (l-Anness III 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 794/2004) [en]

Jekk jogħġbok innota li jekk il-formola ma tkunx imtliet kif suppost, in-notifika taf tintbagħat lura ddikjarata mhix kompluta.
Il-formola mimlija għandha tingħadda lill-Kummissjoni f'għamla ta' karta fiżika mir-Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru inkwistjoni. Din għandha tkun indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni.

Jekk l-Istat Membru jkun beħsiebu jutilizza xi proċedura speċifika stabbilita fi kwalunkwe regolament, linjigwida, oqfsa u testi oħra applikabbli għall-għajnuna mill-Istat, kopja tan-notifika għandha tiġi indirizzata wkoll lid-Direttur Ġenerali tad-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli.


linja

Formola ta' notifika ssimplifikata [doc en]


linja

Formola - Ir-rapport annwali [xls en

Struzzjonijiet [pdf]


linja

 

  linja  

Introduzzjoni

Leġiżlazzjoni

Formoli

Deċiżjonijiet mill-Kummissjoni

Regolament dwar l-eżenzjonijiet (KE) Nru 1857/2006

Reġistru ta' l-għajnuna mill-Istat

Kwadru tal-valutazzjonijiet

linja orizzontali

Agrikoltura u Żvilupp Rurali I Għajnuna mill-Istat I Fuq nett