Avviż Legali Importanti
 
Kuntatt | Fittex f' EUROPA  

Żvilupp Rurali   linja  

--> Żvilupp Rurali 2014-2020

 

Politika ta' l-Iżvilupp Rurali 2007-2013

L-iżvilupp rurali huwa qasam politiku tassew importanti peress li aktar minn 56% tal-popolazzjoni tas-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea (UE) tgħix f'żoni rurali, li jkopru 91% tat-territorju. Il-biedja u l-forestrija jibqgħu essenzjali fl-użu ta' l-art u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali fiż-żoni rurali ta' l-UE, kif ukoll bħala pjattaforma għad-diversifikazzjoni ekonomika fil-komunitajiet rurali. Għalhekk, it-tisħiħ tal-politika ta' l-iżvilupp rurali ta' l-UE, hija prijorità globali għall-UE.

Għaliex għandu jkollna politika ta' l-iżvilupp rurali?

L-Unjoni Ewropea għandha politika attiva dwar l-iżvilupp rurali għax tgħinna niksbu għanijiet prezzjużi fil-kampanja naturali tagħna u għan-nies li jgħixu u jaħdmu hemm.

Iż-żoni rurali huma parti fiżika vitali ta' l-UE u l-identità tagħha. Aktar minn 91% tat-territorju ta' l-UE huwa "rurali", u 'l fuq minn 56% tal-popolazzjoni ta' l-UE tgħix f'din iż-żona. Barra minn hekk, il-firxa fantastika ta' l-UE f'dawk li huma visti sbieħ huma fost l-affarijiet li jagħtuha l-karattru tagħha – minn muntanji għal steppe, minn foresti kbar għal għelieqi espansivi.

Bosta miż-żoni rurali tagħna qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi kbar. Partijiet mill-industriji tagħna tal-farming u tal-foresterija għad iridu jibnu l-kompetittività tagħhom. Ġeneralment, id-dħul medju per kapita huwa aktar baxx fiż-żoni rurali milli fl-ibliet, mentri s-snajjiet huma anqas u s-settur tas-servizz mhuwiex daqstant żviluppat. Apparti dan, li nieħdu ħsieb l-ambjent rurali ġeneralment jiswa l-flus.

Mill-banda l-oħra, il-kampanja Ewropea għandha ħafna x'toffri. Tagħtina materjali essenzjali. Il-valur tagħha bħala post ta' ġmiel, mistrieħ u ħin liberu - meta nieħdu ħsiebha - huwa evidenti. Taħdem bħala l-pulmun tagħna, u għalhekk hija importanti ferm fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Bosta huma dawk li għandhom il-ġibda li jgħixu u/jew jaħdmu hemm, sakemm ikollhom aċċess għal servizzi u infrastruttura adegwati.

Dan ifisser li L-Istrateġija Ewropea ta' Liżbona għax-xogħol u t-tkabbir, kif ukoll l-Istrateġija ta' Göteborg dwar l-iżvilupp sostenibbli, huma relevanti fil-kampanja bħal ma huma fl-bliet.

Il-politika dwar l-iżvilupp rurali ta' l-UE hija kollha kemm hi dwar kif se negħlbu l-isfidi li qed iħabbtu ruħhom magħhom iż-żoni rurali tagħna u kif nistgħu nużaw il-potenzjal kollu ta' dawn iż-żoni.

Għaliex għandu jkollna politika komuni għall-iżvilupp rurali?

Teoretikament, l-Istati Membri individwali ta' l-UE jistgħu jiddeċiedu u joperaw b'mod kompletament indipendenti fejn jidħlu l-politiki ta' l-iżvilupp rurali. Madankollu, din is-sistema ma tantx taħdem fil-prattika. Mhux il-pajjiżi kollha fl-UE ikunu kapaċi jiffinanzjaw il-politika li jeħtieġu. Barra minn hekk, ħafna mill-kwistjonijiet indirizzati permezz tal-politika ta' l-iżvilupp rurali ma jinqasmux eżatt fil-fruntieri nazzjonali jew reġjonali, imma jaffettwaw lil nies aktar il-bogħod (per eżempju, it-tniġġiż jaqsam il-fruntieri wisq faċilment; u b'mod ġenerali is-sostenibbiltà ambjentali saret responsabbilità kemm Ewropea kif ukoll internazzjonali). Il-politika ta' l-iżvilupp rurali għandha rabtiet ukoll ma' għadd ta' politiki oħra stabbiliti fuq il-livell ta' l-UE.

Huwa għalhekk, li l-UE għandha politika komuni għall-iżvilupp rurali, li xorta jħalli f'idejn l-Istati Membri u r-reġjuni Individwali, sa ċertu punt.

Il-politika hija ffinanzjata parzjalment mill-baġit ċentrali ta' l-UE u parzjalment mill-baġits nazzjonali jew reġjonali ta' l-Istati Membri individwali.

L-istruttura tal-politika dwar l-iżvilupp rurali

Ir-regoli essenzjali li jiffurmaw il-politika ta' l-iżvilupp rurali għall-perjodu 2007-2012, kif ukoll il-miżuri ta' politika disponibbli għall-Istati Membri u r-reġjuni, huma stipulati fir- Regolament tal-Kunsill (EC) Nru. 1698/2005.

Skond dan ir-Regolament, il-politika dwar l-iżvilupp rurali għall-2007-2013 tiffoka fuq tliet temi (magħrufa bħala "direzzjonijiet tematiċi"). Dawn huma:

  • it-titjib u l-kompetittivitità tas-settur ta' l-agrikoltura u l-foresterija;

  • it-titjib ta' l-ambjent u l-kampanja;

  • it-titjib fil-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali u l-inkoraġġament tad-diversifikazzjoni ta' l-ekonomija rurali.

Sabiex jgħinu biex il-politika tkun bilanċjata, l-Istati Membri u r-reġjuni huma obligati jifirxu l-finanzjament għall-iżvilupp rurali tagħhom bejn dawn it-tliet direzzjonijiet tematiċi kollha.

Regola oħra hija li xi ammont tal-finanzjament irid jgħin proġetti bbażżatti fuq l-esperjenza ma' l-Inizzjattivi Komunitarji Leader. Il-metodu "Leader" għall-iżvilupp rurali jinvolvi proġetti ferm individwali mfassla u mwettqa minn għaqdiet lokali biex jindirizzaw problemi speċifiċi lokali.

Bħal ma kien jiġri qabel l-2007, kull Stat Membru (jew reġjun, f'każi fejn il-poter jiġi delegat fuq livell reġjonali) irid jistipola programm dwar l-iżvilupp rurali, li jispeċifika x'se jintefaq fuq liema miżuri fil-perjodu 2007-2013.

Fattur ġdid għall-2007-2013 hija enfasi akbar fuq il-konsistenza ta' l-istrateġija għall-isżvilupp rurali madwar l-UE bħala entità waħda. Dan qed jinkiseb permezz ta' l-użu ta' Pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali li jridu jkunu bbażati fuq Linji gwida Strateġiċi ta' l-UE.

Din is-sistema għandha:

  • tidentifika l-oqsma fejn l-użu ta' l-appoġġ ta' l-UE għall-iżvilupp rurali jżid l-aktar valur fil-livell ta' l-UE;

  • toħloq rabta mal-prijoritajiet ewelenin ta' l-UE (per eżempju, dawk stipulati fl-aġendi ta' Liżbona u Göteborg);

  • tiżgura l-konsistenza ma' politiki oħra ta' l-UE, b'mod partikolari dawk ta' koerenza ekonomika u l-ambjent;

  • tgħin fl-implimentazzjoni tal-PAK il-ġdida li hija orjentata lejn is-suq, kif ukoll ir-ristrutturazzjoni meħtieġa li din se tinvolvi kemm fl-Istati Membri l-antiki kif ukoll fil-ġodda.

 

  linja  

Paġna ewlenija

Il-Liġijiet deenfr

Monitoraġġ u evalwazzjoni deenfr

Zoni anqas favorevoli deenfr

Impjiegi deenfr

Pubblikazzjonijiet deenfr

DOKUMENTI TAL-PAJJIŻI  en

horizontal line

Leader+

horizontal line

"Europe's rural areas in action: Facing the challenges of tomorrow", 16 - 17 October 2008, Limassol, Cyprus

Proceedings of the conference

horizontal line

Seminar "Ensuring Good management of Rural Development programmes 2007-2013"
Brussels, 28-29 September 2010
 



Agrikoltura u Żvilupp Rurali | Fuq

L-aħħar aġġornament: 15-04-2008