Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Żvilupp rurali 2014-2020

Żvilupp rurali 2014-2020

Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE ilha tevolvi b’mod kostanti bħala rispons għall-isfidi fiż-żoni rurali. L-aktar proċess ta' riforma reċenti, li jakkumpanja l-aġġornar usa' tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE (PAK), essenzjalment tlesta f’Diċembru 2013 bl-approvazzjoni tal-atti leġiżlattivi bażiċi għall-2014-2020.

Aktar regolamenti dettaljati (“atti ddelegati” u l- “atti ta’ implimentazzjoni) - li jistabbilixxu punti aktar fini li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ewlenija - huma mistennija jiġu ppubblikati matul ir-rebbiegħa u s-sajf tal-2014.


B'konformità ma' Ewropa 2020 u l-għanijiet ġenerali tal-PAK nistgħu nidentifikaw tliet għanijiet strateġiċi fit-tul għall-politika tal-iżvilupp rurali tal-UE għall-perjodu 2014-2020:

  • it-trawwim tal-kompetittività tal-agrikoltura;
  • l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima; kif ukoll
  • il-kisba ta' żvilupp territorjali bilanċjat ta' ekonomiji u komunitajiet rurali inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi.


Ir-riforma tal-2013 Deutsch (de) English (en) français (fr)  ma bidlitx ħafna mill-elementi ewlenin tal-politika tal-iżvilipp rurali tal-2007-2013. B'mod partikulari, bħal ma ġara fl-imgħoddi, il-politika se tkun implimentata permezz ta' programmi tal-iżvilupp rurali nazzjonali u/jew reġjonali (PŻR) li jdumu seba' snin.


Madankollu, b’mod ġenerali, ir-riforma tal-2013 twassal għat-tibdil billi:

  • ittejjeb il-metodu strateġiku biex jissawru l-PŻR;
  • issaħħaħ il-kontenut ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali;
  • tissimplifika r-regoli u/jew tnaqqas il-piż amministrattiv relatat fejn possibbli; kif ukoll
  • tillinkja l-politika ta’ żvilupp rurali aktar mill-qrib mal-fondi tal-ESI l-oħra.


L-Istati Membri jkollhom jibnu l-PŻR tagħhom skont l-inqas erbgħa mis-sitt prijoritajiet komuni tal-UE.

  1. it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali;
  2. it-tisħiħ tal-vijabilità u tal-kompetittività tat-tipi kollha ta' agrikoltura u l-promozzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għall-farms u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;
  3. il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, il-benessri tal-annimali u l-immaniġġjar tar-riskji fl-agrikoltura;
  4. ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija;
  5. il-promozzjoni tal-effikaċja tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija;
  6. il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali.


Imbagħad, kull prijorità ta’ żvilupp rurali tidentifika aktar oqsma dettaljati ta’ intervent (“l-oqsma ta’ fokus”). Fil-PŻR tagħhom, l-Istati Membri/ir-reġjuni jistabilixxu miri kwantifikati f'relazzjoni ma' dawn l-oqsma ta’ fokus, fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet tat-territorju kopert mill-PŻR. Imbagħad jistabbilixxu liema miżuri se jużaw sabiex jintlaħqu dawn il-miri u kemm finanzjament se jallokaw għal kull miżura.


Il-finanzjament jinġibed parzjalment mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u parzjalment minn sorsi nazzjonali / reġjonali u xi kultant privati.


L-implimentazzjoni u l-impatt tal-politika jiġi ssorveljat u evalwat fid-dettall.

 

Għandek issib ħarsa lejn il-politika fid-dettall, il-leġiżlazzjoni relevanti, l-iskeda prevista għall adozzjoni tal-PŻR tal-2014-2020 u ħafna aktar tagħrif dwar is-sit web li ġej:

Gateway tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 

 

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?