Min hu min

‘Min hu min’ tagħtik tagħrif dwar u d-dettalji tal-kuntatt ta’ organizzazzjonijiet u ta’ nies li jaħdmu f’Leader+. Billi tibda fuq il-livell Ewropew permezz ta’ l-Osservatorju ta’ Leader+ u l-Punt tal-Kuntatt tiegħu, inti jista’ jkollok aċċess għal individwi u ssir taf dwar ix-xogħol differenti li qed jagħmlu taħt l-inizjattiva Leader+ permezz ta’ l-Osservatorju ta’ Leader+ u l-Punt tal-Kuntatt tiegħu. Fuq livell nazzjonali hemm l-Awtoritajiet Amministrattivi fid-diversi Stati Membri li jamministraw il-programm Leader+.

Jaħdmu magħhom hemm l-Unitajiet tan-Network Nazzjonali li fir-rwol tagħhom ta’ animaturi tan-network, jgħinu sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenza u ta’ l-għarfien fost il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (Local Action Groups - LAGs). Fejn huma disponibbli, l-LAGs huma elenkati f’ordni skond il-programm(i) nazzjonali u/jew reġjonali, u f’postijiet oħra b’mod alfabetiku.