Pubblikazzjonijiet

Hawn insibu dettalji dwar l-aħħar pubblikazzjonijiet disponibbli mill-Osservatorju ta' Leader+ f'format 'pdf'.

Il-Mappa Ewropea tal-Gruppi ta' Azzjoni Lokali ta' Leader+ tagħti deskrizzjoni taż-żoni koperti u t-temi magħżula mit-893 LAGs fil-15-il pajjiż ta' l-UE. Kull LAG jista' jkun identifikat mill-kodiċi tiegħu ta' l-UE (u) skond it-tema ta' Leader+ jew kombinazzjoni ta' temi magħżula u approvati uffiċjalment. Mapep nazzjonali huma disponibbli fil-Fajls ta' l-Istati Membri.

Leader+ Magazine jiġi ppubblikat tliet darbiet fis-sena u hu referenza għal tagħrif dwar proġetti ta’ Leader+ li saru jew li qegħdin isiru. Studji ta’ każijiet partikulari huma ppreżentati skond it-temi differenti ta’ prijorità ta’ Leader+ minn Stati Membri differenti, u tista’ wkoll issir taf x’inhu jiġri fl-Istati Membri ġodda. Mil-link t'hawn fuq, search engine toffri l-mezzi biex wieħed isib artikoli speċifiċi mir-rivisti skond il-kriterji magħżula.

L-aqwa prattiċi ta’ Leader+ huma serje ta’ erba’ pubblikazzjonijiet. Kull edizzjoni hija magħmula minn eżempji miġburin mill-Osservatorju ta’ Leader+ madwar l-UE-15 bl-għajnuna ta’ l-Unitajiet tan-Netwerk Nazzjonali u l-Awtoritajiet Amministrattivi. Il-proġetti kollha ntagħżlu fuq il-bażi tad-database ta' l-Aqwa Prattiċi ta' Leader+ Ewropea, li hija disponibbli wkoll fuq il-website. 

'Flash News' jipprovdi aħbarijiet regolari dwar x’inhu jiġri fl-iżvilupp rurali, kemm f’termini ta’ attivitajiet ta’ Leader+ kif ukoll f’termini ta’ tagħrif u pubblikazzjonijiet interessanti fuq livell Ewropew, kif ukoll dwar l-Osservatorju ta’ Leader+. Huwa post tajjeb biex tibda tinforma ruħek dwar Leader+ u din is-sezzjoni għandha taqsima interattiva fejn inti tista’ tagħti l-kontribut tiegħek u tabbona. F’postijiet oħrajn hemm aċċess għal firxa wiesgħa ta’ pubblikazzjonijiet relatati ma’ l-iżvilupp rurali, inklużi sorsi mill-UE, kif ukoll mill-Unitajiet tan-Network Nazzjonali (NNUs).

Ladarba magħżula, il-links jieħduk jew direttament fis-sit fejn wieħed ikun jista' jsib dawn il-pubblikazzjonijiet, jew fid-dokument innifsu f'format pdf.

 

Il-Mappa Ewropea tal-Gruppi ta' Azzjoni Lokali ta' Leader+

[PDF, 7 MB]