Leader+ Monitoring Indicators Database (MIDB)

(Bħalissa, id-database hija disponibbli bi: en )

Merħba fil-Leader+ Monitoring Indicators Database (MIDB - Bażi tad-Data ta’ l-Indikaturi ta’ Monitoraġġ ta' Leader+). Din l-għodda kienet żviluppata mill-Punt ta’ Kuntatt Osservatorju Leader+ abbażi tad-data ppreżentata mill-awtoritajiet ta’ Tmexxija Nazzjonali/Reġjonali lid-Direttorat Ġenerali għall-IŻVILUPP AGRIKOLU U RURALI (minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala DĠ AGRI). L-indikaturi ttieħdu mill-bażi tad-data CAP-IDIM Ewropew u kienu trasmessi lill-Punt tal-Kuntatt mid-DĠ AGRI.

L-MIDB huwa strutturat fuq tliet livelli differenti: programm, nazzjonali u Ewropew. Kull livell jidher fuq tab separatea Tista’ wkoll tkun ikkonsultata informazzjoni utli u titniżżel mit-tab “Metodoloġija”.

F’dan l-istadju, l-indikaturi ta’ l-2003 u l-2004 huma kompluti għat-73 programm ta’ Leader+. L-indikaturi ta’ l-2005 huma disponibbli biss fuq bażi limitata.

Jekk jogħġbok innota li l-ħin ta’ rispons ta’ ċerti rapporti sommarji li jinkludu data aggregata fil-livell ta’ l-UE jista’ jkun aktar bil-mod. Dan huwa kkawżat min-numru għoli ta’ indikaturi użati fil-kalkoli.

1) Livell ta’ programm: dan juri l-indikaturi ta’ monitoraġġ 2003, 2004 u 2005 (fejn diġà disponibbli) bl-użu ta’ l-istruttura ta’ skeda komuni stabbilita fil-parti II tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni “Indikaturi Komuni għall-monitoraġġ ta’ l-ipprogrammar Leader+ 2000-2006” li l-Istati Membri huma mistednin jippreżentaw mar-rapport tal-progress annwali. Dawn l-iskedi jistgħu jitniżżlu fil-format MS Excel.

2) Livelli nazzjonali u Ewropej: Dawn ir-rapporti jinkludu sommarji ta’ data aggregata mill-Istati Membri u għażla ta’ informazzjoni konsolidata fil-livell ta’ l-UE. Kull skeda tista’ titniżżel fil-format MS Excel. Hija organizzata fi tliet gruppi ewlenin ta’ indikaturi:

a) Ħarsa globali lejn LAGs: Turi xi karatteristiċi tal-LAGs f’rabta mal-profil tal-qasam tal-programm fejn jinsabu.

b) Monitoraġġ finanzjarju fil-livell ta’ azzjoni: Jagħti ħarsa globali tan-nefqa realizzata meta mqabbla ma’ dak li kien ipprogrammat inizjalment. L-informazzjoni hija disponibbli għal kull azzjoni separata u għal kollha konsolidati, u fil-każijiet kollha bi tqabbil annwali għall-2003, l-2004 u għall-2005 fejn diġà disponibbli.

c) Implimentazzjoni ta’ proġett: Hawnhekk hawn informazzjoni aggregata dwar in-numru ta’ proġetti jew riċevituri finali ta’ ħlasijiet, fost indikaturi fiżiċi oħrajn, għall-azzjonijiet 1 u 2. Dawn l-indikaturi jistgħu jintwerew skond il-programm jew skond il-qasam ta’ intervent, u fiż-żewġ każijiet bi tqabbil annwali għall-2003, l-2004 u għall-2005 fejn diġà disponibbli. Fil-livell ta’ l-UE, huma murijin biss l-ogħla ħames oqsma ta’ intervent f’termini ta’ nefqa realizzata u proġetti mibdijin.

Bil-ftehim ta’ l-Osservatorju Leader+ (DG AGRI/F3), waqt it-tieni nofs ta’ l-2006, il-Punt tal-Kuntatt, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Uffiċjali tal-Kollegament għall-Pajjiżi fid-DG AGRI, ikkontrolla l-indikaturi tat-73 programm ta’ Leader+ diġà ppreżentati mill-Istati Membri għas-snin ta’ rapportar 2003 u 2004.

Waqt dan l-eżerċizzju kienu identifikati xi ineżattezzi rikorrenti. Fejn kienet disponibbli data ġew ikkorreġuti. F’bosta każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali kkonċernati pprovdew informazzjoni addizjonali biex b’hekk setgħu jsiru l-korrezzjonijiet, li mbagħad kienu vvalidati mid-DĠ AGRI. Fi bnadi oħrajn, l-indikaturi tħallew fil-valuri oriġinali trasmessi mill-Istati Membri.

Bħala riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, il-livell ta’ affidabbiltà tad-data ma setax jitqies bħala konsistenti għall-indikaturi u/jew is-snin ta’ rapportar differenti għat-73 programm. Għalhekk, għal kull programm (nazzjonali jew reġjonali) u għal kull sena ta’ rapportar il-livell ta’ l-affidabbiltà tad-data kien iddefinit kif ġej:

HIGH (GĦOLI): Ma nstabet l-ebda ineżattezza jew, jekk instabet, setgħet issir korrezzjoni abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali mibgħuta mill-Istati Membri. Imbagħad, id-data kienet validata mid-DĠ AGRI.
MEDIUM (MEDJU): Instabu ineżattezzi u kienu possibbli korrezzjonijiet anke fin-nuqqas ta’ informazzjoni addizzjonali.
LOW (BAXX): Instabu ineżattezzi iżda ma kinux possibbli korrezzjonijiet mingħajr data ġdida. Ma kienx hemm data addizzjonali disponibbli.

Fil-livell ta’ programm, l-informazzjoni dwar l-affidabbiltà tad-data hija pprovduta skond il-każ permezz ta’ l-istatus bar. Fuq il-livell nazzjonali u Ewropew, is-sommarji ta’ rapporti jinkludu indikazzjoni bl-oranġjo fejn fil-kalkoli tintuża data minn programmi kkunsidrati li għandhom livell baxx ta’ affidabbiltà. Dawn l-indikazzjonijiet huma mogħtijin biss għal finijiet ta’ informazzjoni u m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala dikjarazzjoni uffiċjali.