Fajls ta’ l-Istati Membri

Hawnhekk issib mappa li turi l-Leader+ fl-Unjoni Ewropea. Billi tikklikkja fuq il-bandiera ta’ Stat Membru individwali, inti jkollok aċċess għal firxa ta’ informazzjoni. Datasheet ta’ kull pajjiż tipprovdi sommarju ta’ Leader+ fuq livell nazzjonali, inkluż: id-data ta’ meta nbeda l-programm; l-istituzzjonijiet prinċipali nvoluti; it-temi magħżula; il-finanzjament; l-impatt ta’ Leader+ s’issa u kuntatti nazzjonali rilevanti.

Hemm ukoll mappa li turi d-dettalji dwar il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (LAGs) individwali f’reġjun speċifikat. F’dan il-mument, inti tista’ tikseb ukoll aktar dettalji dwar Grupp ta’ Azzjoni Lokali (LAG) speċifiku billi tuża l-link għad-database tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali (LAG). Għal kull Stat Membru hemm ipprovduti wkoll dettalji tal-programmi nazzjonali, u l-implimentazzjoni tagħhom.

L-inizjattiva Komunitarja Leader+ mhijiex applikata fl-għaxar Stati Membri l-ġodda. Minflok, hemm il-possibilità li tiġi ntrodotta miżura tat-tip Leader+, li hija ffinanzjata taħt id-direzzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Garanzija u Gwida Agrikola (EAGGF) għall-perjodu 2004-2006, u li tifforma parti mill-programm ta’ Fondi Strutturali.

Din l-opportunità hija disponibbli biss għar-reġjuni ta’ Objective 1; konsegwentament it-territorju kollu ta’ Ċipru huwa eskluż. Hemm sitt Stati Membri ġodda (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja) li għażlu li jimplimentaw miżura tat-tip Leader+ fejn, bl-eċċezzjoni tan-netwerking, huma inklużi l-prinċipji kollha tal-metodu Leader. Xi wħud minn dawn l-Istati Membri stabbilixxew netwerk nazzjonali fuq inizjattiva tagħhom stess. Barra l-fondi mil-Leader, ir-Repubblika Slovakka u l-Islovenja għandhom programmi komunitarji għall-iżvilupp rurali disponibbli li jirrispettaw parzjalment il-prinċipji Leader. Ċipru toffri xi attivitajiet għall-“ksib tal-kompetenzi” għall-konsulenti rurali fid-dawl tal-preparazzjoni għall-perijodu ta’ pjanar tal-futur. F’Malta, din it-tip ta’ skema mhix disponibbli. Skond il-miżura tat-tip Leader+, prinċipalment jista’ jingħata appoġġ għal żewġ tipi ta’ attivitajiet: ksib ta’ kompetenzi bil-għan li jiġu preparati l-komunitajiet rurali sabiex joħolqu u jimplimentaw strateġiji rurali lokali, u l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji rurali territorjali integrati, ta’ natura pilota, li huma ppreparati minn Gruppi Lokali ta’ Azzjoni (LAGs).

Il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali jistgħu jkunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw f’azzjonijiet ta’ kooperazzjoni inter-territorjali u transnazzjonali u jingħataw aċċess għall-Osservatorju Ewropew għaż-Żoni Rurali. Huma jħejju strateġiji għall-iżvilupp lokali li huma ffokati fuq tema prijoritarja waħda jew aktar stabbiliti mill-Kummissjoni ta’ l-UE.