Leader Competence Pool

(Bħalissa, id-database hija disponibbli bi: en fr de it es nl el fi sv pt da )

Merħba fil-Ġabra tal-Kompetenzi ta' Leader (LCP). Din l-għodda tipprovdi lil dawk in-nies li jaħdmu fl-iżvilupp rurali madwar l-Ewropa, għodda li permezz tagħha huma jkunu jistgħu jsibu membri jew kompetenza f'ċeri oqsma, u li jkunu jistgħu jgħinuhom tkun xi tkun is-sitwazzjoni tagħhom.

Il-LCP ġie żviluppat wara r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu ta' Leader+. Dan wera li l-effett tat-tagħlim bejn Leader II u Leader+ f'ħafna każijiet intilef. Bħala idea ġie diskuss u żviluppat ma' rappreżentanti tal-LAGs, Taqsimiet ta' Netwerk u Awtoritajiet għall-Immaniġġjar Nazzjonali matul il-kors tas-seminar ta' l-Osservatorju ta' Leader+ f'Tihany, l-Ungerija, f'Novembru 2006.

L-għodda LCP ħarġet mill-Punt ta' Kuntatt f'koperazzjoni ma' l-Awtoritajiet ta' l-Immaniġġjar ta' Leader+ u Taqsimiet ta' Netwerk Nazzjonali li ssuġġerew kandidati xierqa sabiex jirreġistraw u jippubblikaw il-profili tagħhom. Dan il-proċess issa huwa magħluq. Hu jinkludi professjonalitajiet involuti fl-immaniġġjar tal-LAG; netwerks reġjonali, interreġjonali jew nazzjonali; u korpi istituzzjonali bħal ngħidu aħna l-Awtoritajiet għall-Immaniġġjar.

Il-LCP tippermetti lil dawk involuti f’Leader biex jiddeskrivu l-esperjenzi u l-kompetenzi tagħhom li huma kisbu taħt din l-inizjattiva. Hija mfassla sabiex tieħu ftit mill-għerf u mit-tagħlim li jkun seħħ matul Leader u tikkomplimenta forom oħra aktar tradizzjonali ta’ rapportar.

Il-profili huma disponibbli bl-Ingliż u murija fil-format ta’ folja ta’ fatti. Tista’ taċċessja l-folji ta’ fatti mis-search engine billi tuża l-kriterji ta’ għażla pprovduti.