Id-Database Ewropea tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali

(Id-Database Ewropea tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali attwalment tinsab biss: da de el en es fi fr it nl pt sv)

Merħba fid-Database Ewropea tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (LAGs), li tipprovdi informazzjoni utli dwar il-LAGs infushom inkluż: dettalji ta’ kuntatt, deskrizzjoni tat-territorju tagħhom; strateġija ta’ żvilupp; u kooperazzjoni.

L-informazzjoni dwar kull LAG hija murija f’datasheet. Inti tista’ tidħol f’dawn id-datasheets jew permezz ta’ search engine billi tuża l-kriterji ta’ għażla pprovduti, jew mill-paġna tal-fajls ta’ l-Istati Membri, minn fejn inti tista’ tagħżel LAG speċifikat mill-pożizzjoni ġeografika tiegħu fuq il-mappa ta’ l-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar, inti se jkollok aċċess ukoll għad-datasheets mil-lista ta’ indirizzi ta’ LAG ‘Min Hu Min’.

L-informazzjoni rreġistrata fid-database inġabret mill-Punt ta’ Kuntatt matul l-ewwel kwart ta’ l-2005. Il-LAGs tal-Leader+ infushom imbagħad ħadu sehem fil-proċess ta’ reviżjoni u ta’ tlestija, u finalment, l-Awtoritajiet Nazzjonali u/jew l-Unitajiet tan-Netwerk Nazzjonali rispettivi għenu fit-validazzjoni finali. Fejn xieraq, ir-referenza ‘Għadha mhux ivvalidata mill-Awtoritajiet Nazzjonali’ tintwera fid-datasheet. Inkella, l-informazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala formalment ikkonfermata mill-Awtorità Amministrattiva u/jew mill-Unità tan-Netwerk Nazzjonali rilevanti.

Huwa ppjanat li tiżdied informazzjoni dwar Gruppi ta’ Azzjoni Lokali fl-Istati Membri l-ġodda kif u malli din tkun disponibbli, u fejn dan ikun possibli, skond l-istess linji.

L-informazzjoni tal-LAG tintwera fil-lingwa oriġinali. Madankollu, huwa ppjanat ukoll li fl-informazzjoni kkonfermata mill-Awtoritajiet Nazzjonali jkun hemm inkluż sommarju bl-Ingliż tad-deskrizzjoni tat-territorju kopert mil-LAGs (karatteristiċi soċjo-ekonomiċi u fiżiċi) kif ukoll l-istrateġija ta’ żvilupp tiegħu.