Daħla

Filwaqt li Leader I immarka l-bidu ta’ metodu ġdid għall-politika dwar l-iżvilupp rurali, ibbażat fuq it-territorju, integrat u parteċipattiv, u Leader II ra li l-metodu ta’ Leader I jintuża b’mod aktar mifrux, b’enfasi fuq l-aspetti innovattivi tal-proġetti, Leader+ ikompli bir-rwol tiegħu bħala laboratorju li għandu l-għan li jinkoraġġixxi l-ħolqien u l-ittestjar ta’ metodi ġodda għal żvilupp integrat u sostennibbli li ser jinfluwenza, ilesti u/jew isaħħaħ il-politika għall-iżvilupp rurali fil-Komunità

Leader+ hu strutturat madwar tlett azzjonijiet, kif ukoll fuq l-għajnuna teknika:

 miljun EURSehem (%)
Azzjoni 1: Appoġġ għal strateġiji ta’ żvilupp territorjali integrati ta’ natura pilota bbażati fuq metodu minn isfel għal fuq 4.377,6 86,75
Azzjoni 2: Appoġġ għal kooperazzjoni bejn territorji rurali 504,8 10,00
Azzjoni 3: Networking 68,7 1,36
Għajnuna teknika 95,4 1,89

L-implimentazzjoni ta’ Azzjoni 1 hi permezz ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (LAGs) magħżulin bi proċedura miftuħa bbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-programmi. Dawn jinkludu n-natura rurali tat-territorji, l-omoġeneità tagħhom f’termini fiżiċi, ekonomiċi u soċjali, u l-pjanijiet ta’ żvilupp integrati u innovattivi. Imsieħba u assoċjazzjonijiet ekonomiċi u soċjali għandhom jammontaw għal mill-anqas 50% tas-sħubija lokali, u r-rilevanza u l-effettività ta’ din is-sħubija huma meqjusin ukoll.

Azzjoni Tnejn: Appoġġ għall-kooperazzjoni bejn territorji rurali
Azzjoni 2 tapplika għal territorji rurali magħżulin skond Azzjoni 1 (strateġiji ta’ żvilupp territorjali integrati) u hija implimentata taħt ir-responsabbiltà ta’ Grupp ta’ Azzjoni Lokali (LAG) koordinatur. Din espliċitament tipprovdi għall-inkoraġġiment u l-appoġġ għal kooperazzjoni bejn territorji rurali, u tantiċipa li jkun hemm kooperazzjoni bejn reġjuni fl-istess Stat Membru (kooperazzjoni interterritorjali) u bejn minn ta’ l-inqas żewġ Stati Membri (kooperazzjoni transnazzjonali). Hija wkoll possibli kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex qegħdin fl-Unjoni Ewropea.

Azzjoni Tlieta: Netwerking
F’kull Stat Membru teżisti Unità tan-Netwerk Nazzjonali biex: tiġbor, tanalizza u tagħti informazzjoni fuq livell nazzjonali dwar prattika tajba; torganizza l-iskambju ta’ esperjenzi u għarfien; u tipprovdi għajnuna teknika għal kooperazzjoni (bħal hawn fuq). Parteċipazzjoni attiva fin-netwerk hija obbligatorja għall-gruppi ta’ azzjoni lokali Leader+.

It-temi ta’ prijorità stabbiliti mill-Kummissjoni huma:

Avviż tal-Kummissjoni lill-Istati Membri ta’ l-14 ta’ April 2000 li jistabbilixxi linji-gwida għall-Inizjattiva Komunitarja għal żvilupp rurali (Leader+) 2000/K 139/05

[PDF da de el en es fr it nl pt fi sv]