Id-Database Ewropea tal-Prattiċi Tajbin tal-Leader+

(id-database attwalment tinsab biss: da de el en es fi fr it nl pt sv)

Merħba għad-database Ewropea tal-prattiċi tajbin tal-Leader+, l-għodda komuni sabiex jinxterdu l-eżempji magħżula dwar l-implimentazzjoni ta’ l-inizjattiva Leader+ fl-Unjoni Ewropea. L-għodda hija limitata għall-15-il Stat Membru ta’ qabel it-tkabbir.

L-eżempji ta’ prattiċi tajbin huma attivitajiet appoġġjat mill-Gruppi ta’ Azzjoni Lopkali tal-Leader+. Il-kollezzjoni ta’ eżempji ta’ prattiċi tajbin f’livell Ewropew hija waħda mill-kompiti ta’ l-Osservatorju tal-Leader+. Din hija maħsuba sabiex turi l-kisbiet tal-Leader+ f’żoni rurali lill-pubbliku in ġenerali, iżda hija wkoll immirata għall-parteċipanti kollha fl-iżvilupp rurali li huma interessati jkunu jafu kif qiegħed jiġi implimentat il-Leader+. L-ewwel nett, l-Osservatorju tal-Leader+ għażel tim ta’ esperti u ħareġ bi strateġija u proċedura għall-eżerċizzju fi grupp ta’ ħidma ta’ rappreżentanti tan-netwerk nazzjonali. Bl-appoġġ ta’ l-esperti, inġabru u ntagħżlu l-eżempji ta’ prattiċi tajbin f’livell nazzjonali kemm mill-Unitajiet tan-Netwerk Nazzjonali kif ukoll mill-Awtoritajiet Amministrattivi tal-Leader+. Hekk kif intagħżlu l-eżempji, l-esperti addattawhom f’mudell gwida komuni Ewropew.

“Prattika tajba”, fis-sens użata hawnhekk, tista’ tinkludi mhux biss proġetti uniċi iżda wkoll tipi oħrajn ta’ “azzjonijiet pilota”, bħal per eżempju fokus ta’ strateġija speċjali jew serje ta’ proġetti kkunsidrati bħala proġett wieħed. Konsegwentament, din id-database tinkludi wkoll eżempji mil-“livell tal-LAG”.

Il-kriterji sabiex jiġu identifikati prattiċi tajbin intrabtu mill-qrib mas-seba’ karatteristiċi tal-Leader+ li huma validi għall-programmi kollha tal-Leader+ fl-Ewropa: approċċ ibbażat skond iż-żona; approċċ li jibda mill-aktar livell baxx; sħubija u l-istruttura tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali: innovazzjoni; approċċ integrat; netwerkin u kooperazzjoni bejn iż-żoni; u finanzjament u ġestjoni lokali. Addizzjonalment ġew miżjuda żewġ kriterji “ġodda” Ewropej: trasferabilità u sostenibilità. Skond l-Osservatorju, dawn huma karatteristiċi importanti għall-prattika tajba tal-Leader+.

Sabiex jinkiseb “riżultat ġust” ittieħed approċċ li jirrispetta d-diversità tematika, it-tip ta’ proġett u l-bilanċ ġeografiku, flimkien mal-kriterji relatati mal-kontenut marbutin ma’ l-approċċ Leader. Għall kull Stat Membru, l-Osservatorju tal-Leader+ għalhekk stabbilixxa numru tottali ta’ bejn żewġ u ħames eżempji li għandhom jinkludu minn ta’ l-inqas xi ftit proġetti/azzjonijiet ta’ kooperazzjoni kif ukoll jinqasmu fl-erba’ temi tal-Leader+.

Din id-database hija sors ta’ informazzjoni li dejjem qiegħed jikber. Dalwaqt ser jiżdiedu eżempji ġodda ta’ prattika tajba li jikkontribwixxu għad-diversità tal-Leader+, waqt li jsegwu l-istess proċedura.

Kull datasheet fiha tliet sezzjonijiet: “Informazzjoni bażika”, li tagħti xi ftit fatti u figuri utli dwar kemm l-azzjoni innifisha kif ukoll dwar il-LAGs involuti, bħal per eżempji l-baġit allokat, il-perijodu jew id-dettalji ta’ kuntatt. Is-sezzjoni “Deskrizzjoni” tinkludi rakkont qasir ta’ l-azzjoni pilota kif ukoll informazzjoni oħra, inkluż l-attivitajiet u l-prodotti prinċipali jew il-problemi ffaċċjati. Fl-aħħar, sezzjoni “Għaliex” tagħti dettalji tar-raġuni għala azzjoni pilota ġiet meqjusa bħala tajba f’termini ta’ per eżempju, trasferabilità, sostenibilità, approċċ li jibda mill-aktar livell baxx jew innovazzjoni.

L-informazzjoni hija disponibbli fl-Ingliż u tintwera f’format ta’ datasheet. Id-datasheets kollha jistgħu jintwerew jew jitniżżlu f’format PDF. Dawn id-datasheets hemm aċċess għalihom mill-magna ta’ tiftix billi jintużaw l-kriterji ta’ għażla provduti.

Eżempji ġodda ta’ prattiċi tajbin jiżdiedu meta u hekk kif ikunu disponibbli. Hemm ippjanat ukoll li din l-għodda tkun ikkollegata mad-database tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali.

Xi ftit minn dawn l-eżempji ta’ prattika tajba ntagħżlu sabiex jiġu inklużi f’pubblikazzjoni ta’ l-Osservatorju tal-Leader+