Database Ewropea ta’ Proġetti ta’ Kooperazzjoni Transnazzjonali Approvati

(Attwalment, id-database hija disponibbli bl-: en fr de it es nl el fi sv pt da)

Merħba fid-Database Ewropea ta’ Proġetti ta’ Kooperazzjoni Transnazzjonali. Din id-database se tkun l-istrument komuni għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni transnazzjonali. Se tipprovdi informazzjoni utli dwar dawn il-proġetti approvati taħt l-inizjattiva Leader+. Għal kull proġett imniżżel hemm id-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-imsieħba li qegħdin jipparteċipaw, u deskrizzjoni ta’: għanijiet ta’ kooperazzjoni komuni; il-pjan ta’ azzjoni konġunt; aspetti ġuridiċi; l-informazzjoni u r-riżultati mistennija, u informazzjoni finanzjarja.

L-informazzjoni essenzjali tal-proġetti l-ewwel ġiet reġistrata mill-Punt ta’ Kuntatt skond l-informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet Amministrattivi li huma responsabbli mit-territorji rispettivi fejn ikun seħħ il-proġett. Wara, l-Awtoritajiet Amministrattivi, bl-għajnuna eventwali ta’ l-Unitajiet tan-Netwerk Nazzjonali u/jew tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali nfushom, ġew mitluba jimlew il-partijiet li kienu għadhom battala.

L-informazzjoni għal kull proġett tintwera f’datasheet, li tinfetaħ meta tagħfas il-buttuna ‘show project ‘ (‘uri l-proġett’). Il-partijiet deskrittivi ta’ kull datasheet huma ppjanati li jkunu disponibbli kemm bil-lingwa ta’ l-imsieħeb prinċipali kif ukoll bl-Ingliż. L-informazzjoni dwar il-LAG li tidher hawnhekk hija llinkjata mad-Database Ewropea tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali u għalhekk, ħlief jekk indikat mod ieħor, tista’ tiġi meqjusa bħala validata formalment mill-Awtoritajiet Nazzjonali rilevanti.