Mistoqsijiet komuni
Hawn taħt għandek issib xi mistoqsijiet li jsiru spiss u tweġibiet rispettivi fuq il-biedja organika u l-kampanja promozzjonali ta' l-UE favur il-biedja organika.
X'inhi l-biedja organika?
Il-biedja organika hi l-produzzjoni ta' ikel b'togħma tajba u ġenwina minn proċessi agrikoli li jirrispettaw in-natura u l-ġid tal-bhejjem u joħolqu opportunitajiet ġodda għan-nies rurali. Hi tenfasizza l-użu ta' riżorsi naturali flok kontributi artifiċjali u hi appoġġjata b'regolamenti stretti u spezzjonijiet fl-Unjoni Ewropea u 'l barra minnha. Agħfas hawn għal aktar dettalji.
Għaliex għandi nappoġġja l-biedja organika?
Minn kif jaraha l-konsumatur, il-biedja organika toħloq ikel u xorb ta' kwalitajiet ġenwini mingħajr pestiċidi sintetiċi kimiċi. Meta tixtri prodotti organiċi, tkun qed tappoġġja wkoll settur li jwassal għal benefiċċji supplementari bħall-kura għall-ambjent, bijodiversità akbar, ġid għall-bhejjem u żvilupp rurali.
X'inhu l-iskop ta' dan is-sit?
Dan is-sit hu l-punt fokali biex ikabbar l-għarfien tal-biedja organika u ta' l-ikel u x-xorb organiċi madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Jinkludi informazzjoni siewja għall-konsumaturi kif ukoll għodod għal dawk kollha involuti fis-settur tal-biedja organika.
Min qed itella' dan is-sit u jagħmel il-kampanja?
Is-sit u l-kampanja huma l-prodott tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea. L-għodod u l-materjali li tagħti huma aċċessibbli għal dawk kollha involuti fl-Istati Membri kollha ta' l-UE biex tgħinhom ixerrdu l-kelma fuq il-biedja organika.
Għaliex il-Kummissjoni Ewropeja qed tippromwovi l-biedja organika?
Il-Politika Agrikola Komuni tal-Kummissjoni Ewropea tqiegħed is-sostenibbiltà agrikola u ambjentali bħala l-għan ta' politika ewlieni, u l-Kummissjoni temmen li l-biedja organika hija u tista' tkun kontributur importanti biex tasal għal dan. Il-Kummissjoni hi kommessa li trawwem l-għanijiet tal-biedja organika, inklużi l-ħarsien ta' l-ambjent u t-trawwim ta' l-iżvilupp rurali. Il-kwalità għolja tal-prodotti li s-settur joħloq ukoll jagħmlu kandidat naturali għall-appoġġ tal-KE.