Navigation Main
Fittex fis-sit
X'inhi l-biedja organika?
Fi ftit kliem, il-biedja organika hi sistema agrikola li tfittex tagħti lilek, il-konsumatur. ikel frisk, bnin u awtentiku filwaqt li tirrispetta s-sistema taċ-ċiklu naturali tal-ħajja. Il-Prinċipji
Biex tasal għal dan, il-biedja organika tistrieħ fuq għadd ta' għanijiet u prinċipji, u wkoll fuq metodi komuni maħsubin li jnaqqsu kemm jista' jkun l-impatt uman fuq l-ambjent filwaqt li jiżguraw li s-sistema agrikola taħdem b'mod naturali kemm jista' jkun.
Il-metodii tipiċi tal-biedja organika jinkludu:
- In-newba ta' l-uċuħ bħala kundizzjoni minn qabel għal użu effiċjenti ta' riżorsi tal-post.
- Limitazzjoni stretta ħafna fuq pestiċidi sintetiċi kimiċi u fuq l-użu ta' fertilizzanti sintetiċi, antibijotiċi għall-bhejjem, addittivi ta' l-ikel u għajnuna għall-ipproċessar, u dħul ta' sustanzi oħrajn
- Il-projbizzjoni assoluta ta' l-użu ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament
- L-użu vantaġġjuż ta' riżorsi fuq il-post stess, bħalma huma d-demel tal-bhejjem bħala fertilizzant jew l-għalf prodott fir-razzett stess
- L-għażla ta' speċijiet ta' pjanti u bhejjem li jirreżistu l-mard u li huma addattati għal kundizzjonijiet lokali
- It-Trobbija ta' bhejjem fil-beraħ, b'sistemi fil-miftuħ u b’ikel organiku
- L-użu ta' metodi xierqa ta' trobbija għal speċijiet differenti ta' bhejjem
Katina ta' provvista
Iżda l-biedja organika hi wkoll parti minn katina ta' provvista akbar, li tħaddan is-setturi ta' l-ipproċessar, tad-distribuzzjoni u tal-bejgħ bl-imnut ta' l-ikel u, finalment, lilek. Kull ħolqa f'din il-katina ta' provvista hi maħsuba biex taqdi funzjoni importanti fit-tqassim ta' benefiċċji li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni ta' l-ikel organiku f'meded wesgħin ta' żoni. Dawn huma deskritti fid-dettall f'taqsimiet oħra ta' dan is-sit, inklużi:
Mela kull darba li tixtri tuffieħa organika mis-supermarkit lokali tiegħek, jew li tagħżel flixkun inbid magħmul minn għeneb organiku mill-menù tar-ristorant favorit tiegħek, int tista' tkun żgur li dawn saru skond regoli stretti maħsubin biex jirrispettaw l-ambjent u l-bhejjem.
Ir-Regoli
Fl-UE, dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel (en).
Reviżjoni dettaljata tar-Regolament attwali waslet għal żewġ proposti tal-Kummissjoni ewropeja f'Diċembru ta' l-2005 għal firxa ta' regoli simplifikati u mtejba fuq l-importazzjoni ta' prodotti organiċi minn naħa u l-produzzjoni organika u t-tikkettjar minn naħa oħra. Dawn iż-żewġ proposti kienu addottati mill-Kunsill Ewropew. L-ewwel waħda, ir-Regolament dwar l-Importazzjoni, Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1991/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fi prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (en) , fis-seħħ minn Jannar ta' l-2007.
L-oħra, ir-Regolament il-ġdid tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi jiddefinixxi l-produzzjoni organika, il-marka tagħha u s-sistema tat-tikkettar u għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Il-Marka u t-tikkettar
Ir-Regolament organiku attwali ta' l-UE jispjega kif għandhom ikunu mmaniġġjati l-għelieqi u l-bhejjem, u kif l-ikel u l-għalf tal-bhejjem għandhom ikunu proċessati, biex ikunu jistgħu jiġu tikkettjati bħala organiċi. Il-konformità mar-Regolament organiku ta' l-UE hi meħtieġa wkoll biex il-prodotti jġibu l-marka ta' l-UE għall-biedja organika. Hu wkoll obbligatorju li l-isem jew il-kodiċi C741, tal-korp ta' l-ispezzjoni li jispezzjona u jiċċertifika l-operaturi organiċi, jakkumpanja dan it-tikkettar.
Dan ir-reġim ta' tikkettar hu maħsub biex jagħti lilek u lill-konsumaturi l-oħra fl-Istati Membri ta' l-UE fiduċja fin-natura organika tal-prodotti li tixtru. Il-marka ta' l-UE hi maħsuba li tkabbar ir-rikonoxximent tal-prodotti organiċi fost il-konsumaturi, u biex taħdem b'mod li jixbah marki nazzjonali oħrajn li tista' tara fuq prodotti oħra f'pajjiżek stess. Għalissa għadu mhux obbligatorju li l-prodotti maħdumin taħt ir-Regolament organiku ta' l-UE jġibu l-marka, imma dan se jsir meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament il-ġdid għandu jidħol fis-seħħ.Fatti
L-istatistiċi juru li ħafna konsumaturi fl-UE bħalek qed ifittxu prodotti li jkollhom fuqhom dawn il-marki u t-tikketti organiċi meta jmorru jixtru oġġetti ta' l-ikel jew jieklu xi ikla f'ristorant jew f'xi kantin.
L-istudji jistmaw li s-suq ta' prodotti organiċi qed jikber minn 10 sa 15% kull sena.
Żur id-domanda tal-konsumatur taqsima għal aktar informazzjoni.

||