Mogħdija tan-navigazzjoni

 

Għodod addizzjonali

Rokna għat-tfal

Merħba fir-razzett ta' Oona! Fir-razzett tagħha, għandha tiġieġ għall-bajd u baqar għall-ħalib. Xi ftit tas-snin ilu biss iddeċidiet li tikkonverti r-razzett tagħha f'wieħed ta' prodotti organiċi. Tlaqna nraw kif għamlet dan!

Taf kif l-ikel organiku fis-supermarkit jiġi prodott minn pakkett ta’ żrieragħ fir-razzett? Hawnhekk m’aħniex se nivvjaġġaw mir-razzett sal-furketta tiegħek!

It-tiġieġa u l-bajd

Dawn huma t-tiġieġ ta' Oona, u dawn ibidu bajd organiku. X’tagħmel Oona biex tiżgura li l-bajd hu organiku?

Print version of the pageTo top of the page
Illustrazzjoni: Tiġieġ quddiem farm organiku f'għalqa ħadraIt-tiġieġ f'razzett organiku jitħallew jiġġerrew fil-beraħ u jieklu għalf magħmul biss minn oġġetti naturali. L-imnaqar tagħhom u ġwinħajhom ma jinqatgħux. Spiss jgħixu fi gruppi żgħar ma' tiġieġ oħrajn u jbidu f'ambjent komdu. Il-bdiewa organiċi jimxu ma' regoli speċjali biex iħallu lit-tiġieġ kemm jista' jkun ferħanin u b'saħħithom.
Illustrazzjoni: Tiġieġa f'gallinar bilqiegħda fuq it-tibenIl-bajd jinġabar mill-bidwi. Xi drabi l-bidwi jbiegħ il-bajd direttament mir-razzett tiegħu, jew tagħha, jew fl-eqreb suq ma' bdiewa oħrajn. U xi drabi hu, jew hi, jbigħuhom lil kumpanija li tinnegozja ma' stabbilimenti bħal supermarkits u ristoranti.
Illustrazzjoni: Bajd qed jiġi mnaddaf u jitqiegħed f'kartuni bit-tikketta tal-biedja organikaQabel ma l-bajd organiku jinbiegħ, jitnaddaf u jitqiegħed f'kartuniet b'logos jew kliem li jispjega fejn u kif sar, u minn min. Il-bajd jista' jintuża wkoll bħala wieħed mill-ħafna ingredjenti organiċi fi prodotti bħal l-għaġin jew il-ħelu, li wkoll ikollu tikketta bl-istess logos u kliem.
Illustrazzjoni: Missier u ibnu jixtru oġġetti ta' l-ikel f'supermarkit u jagħżlu ikel organiku bħal bajdMeta l-familja tiegħek u oħrajn jagħżlu li jixtru bajd jew prodotti b'dawk il-logos speċjali jew kliem, huma jistgħu jsiru jafu kollox dwar kif il-bidwi mexa ma' dawk ir-regoli speċjali u dwar kif it-tiġieġa li biedet il-bajd kienet kuntenta u b'saħħitha. Jistgħu jħarsu 'l quddiem għal ikla delizzjuża, ta' kwalità għolja!

Il-baqra u l-ħalib

Il-baqar ta' Oona huma baqar li jipproduċu ħalib organiku.
Taf kif isir il-ħalib organiku?

Print version of the pageTo top of the page
Illustrazzjoni: Għelieqi ħodor bil-baqarIl-baqar f'razzett organiku ma jintrabtux b'mod permanenti u lanqas jinżammu lilhinn mill-għelieqi ħodor minn fejn jieklu ikel f'mergħat naturali. Il-bdiewa li jrabbu dawn il-baqar jimxu ma' regoli biex jiżguraw li jinżammu għal kollox komdi ħalli jagħtu ħalib frisk ta' kwalità għolja.
Illustrazzjoni: Impjant tal-ħalib b'erba' baqriet jinħalbu, u bidwiIl-bdiewa u l-ħaddiema ta' magħhom jiġbru regolarment dan il-ħalib u jibagħtuh lill-kumpaniji speċjali tal-prodotti tal-ħalib li jibbottiljawh jew jużawh biex jagħmlu prodotti friski u delizzjużi bħall-ġobon, jogurt, kremi u ġelati.
Illustrazzjoni: Ħalib fi fliexken fuq katina fejn jinġabru. Fuq flixkun tidher il-marka tal-biedja organikaMeta l-ħalib organiku jimtela fi fliexken jew jinbidel fi prodotti tal-ħalib, jitwaħħlu fuqu logos jew kliem speċjali, li jkun fihom informazzjoni fuq fejn u kif saru l-prodotti u mingħand min. Dawn l-oġġetti mbagħad jinbiegħu fi stabbilimenti bħall-ħwienet organiċi, supermarkits, ristoranti u kafetteriji.
Illustrazjoni: Ikla bejn familja fejn fuq il-mejda jinsab il-ħalib, kif ukoll prodotti organiċi oħra differentiMeta familji bħal tiegħek jixtru ħalib u prodotti tal-ħalib li jkollhom fuqhom dawk il-logos jew kliem, huma jkunu jafu kollox dwar kif il-bidwi jkun segwa dawk ir-regoli speċjali u dwar il-ħajja komda u b'saħħitha tal-baqra. Ikun jistgħu jaħsbu fuq dan waqt li jkunu qed jieklu xi jogurt delizzjuż jew xi skutella ċereali bnina, u aktar!

“Kif ikkonvertejt ir-razzett tiegħi f'wieħed organiku”

Skopri minn din il-familja fl-Irlandampeg-4v(25 MB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  kif għamlu r-razzett tagħhom organiku.

Kif jista' l-ħalib isir organiku?

Għandek idea kif il-ħalib isir organiku? Skopri mingħand il-bidwi nnifsu!mpeg-4v(25 MB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

Kwiżżijiet u Logħob

Kemm għandek memorja tajba? Ilgħab il-logħba ta’ memorjaswf(305 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  dwar il-biedja organika!

Julia u Steven

Segwi l-avventuri ta’ Julia u Steven f’dan il-komikpdf(4 MB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel , u għal għonq it-triq tgħallem dwar prodotti organiċi!