Navigation Main
Fittex fis-sit
Għeżież qarrejja,
Il-biedja organika hija settur tal-agrikoltura fl-Ewropa li ra tkabbir kostanti matul dawn l-aħħar snin. Permezz ta’ dan is-sit il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi lil kull ċittadin interessat informazzjoni dwar il-kontribut li tagħmel l-agrikoltura organika biex tħares ir-riżorsi naturali tagħna, il-bijodiversità u l-ħarsien tal-annimali, u kif din tgħin fl-iżvilupp ta’ żoni rurali. Tista’ tuża dan is-sit bħala punt ta’ aċċess biex tindaga dwar kull aspett tal-politika tal-agrikoltura organika tal- UE u tniżżel materjal ta’ informazzjoni bħalma huma fuljetti u volantini. L-aktar aħbarijiet riċenti u l-avvenimenti li jmiss jinsabu mniżżlin f’sezzjoni dedikata tas-sit. Sew jekk int professjonist fis-settur tal-ikel, bidwi, għalliem jew konsumatur interessat – nistednuk timraħ fis-sit tagħna u nittamaw li dan jipprovdilek dik l-informazzjoni li qiegħed tfittex.
Il-Kummissjoni Ewropea ippubblikat is-sejħa għal applikazzjonijiet dwar il-grupp ta’ esperti għal pariri tekniċi fuq il-produzzjoni organika (l-applikazzjoni tagħlaq: 12/02/2010).
X'inhi l-biedja organika?
Il-Konsumaturi ma' l-UE kollha qed isiru dejjem aktar konxji mill-benefiċċji tal-biedja organika bħala sistema agrikola sostenibbli.
ibqa' aqra


||