Parir ta’ Esperti

F’dan il-kapitolu tista’ ssib informazzjoni dwar:

Grupp ta’ esperti għal parir tekniku dwar il-produzzjoni organika

Id-Deċiżjoni li ħatret lill-membri tal-grupp ta' esperti għal parir tekniku dwar il-produzzjoni organika u li tistabbilixxi l-lista ta' riżerva ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, tad-29 ta' Settembru 2010.
L-ismijiet huma elenkati fl-annessi tad-Deċiżjoni.

Introduzzjoni

L-evoluzzjoni tat-tekniki u l-metodi kif ukoll l-iżvilupp ta’ regoli ġodda fil-biedja organika u fl-ipproċessar organiku tista’ teħtieġ emendi tal-istandard organiku tal-UE wara evalwazzjoni dovuta.

Livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni huwa meħtieġ għal dan l-eżerċizzju kumpless u li jieħu ħafna ħin ta’ evalwazzjoni u aġġornament sistematiku tal-istandard.

Sabiex twettaq din l-attività, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ parir tekniku; fil-passat, dan kien jiġi provdut minn gruppi ta’ esperti ad-hoc li kienu jaħdmu fuq bażi temporanja (ara t-taqsima rakkomandazzjonijiet ta’ grupp ta’ esperti ad-hoc).

Sabiex dan ix-xogħol jiġi razzjonalizzat, l-Azzjoni n. 11 tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-ikel u l-biedja organiċi jipprevedi t-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti għal parir tekniku fil-qasam tal-produzzjoni organika.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE, li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti għal pariri tekniċi fuq il-produzzjoni organika, hi l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni tal-Azzjoni 11 tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-ikel u l-agrikoltura organiċi. Stadji ulterjuri jinkludu l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal applikazzjonijiet sabiex jintagħżlu l-esperti rilevanti, segwiti bil-ħatra tal-esperti u t-twaqqif tal-lista komuni (ara s-sezzjoni aħbarijiet).

Il-grupp ta’ esperti għandu jiżgura aċċess faċli u sistematiku għal għarfien espert tekniku u kkwalifikat sew f’firxa wiesgħa ta’ oqsma relatati mal-produzzjoni organika. B’mod partikolari, il-grupp għandu wkoll jagħti parir tekniku indipendenti, eċċellenti u trasparenti lill-Kummissjoni.

Kompożizzjoni tal-grupp u tal-lista ta’ kandidati

Dokumentazzjoni relatata mal-attività tal-grupp ta’ esperti

Sejħa għal applikazzjonijiet

Rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ esperti ad-hoc (2007-2008)

Evalwazzjoni ta' Sustanzi li jridu jiġi Awtorizzati għall-Ipproċessar tal-Ikel Organiku

Evalwazzjoni ta' Sustanzi li jridu jiġu Awtorizzati biex Jintużaw fil-Biedja Organika

Evalwazzjoni ta’ sustanzi li għad iridu jkunu awtorizzati biex jintużaw fl-Akwakultura Organika