Mogħdija tan-navigazzjoni

 

Għodod addizzjonali

Fiduċja tal-Konsumatur

Aktar minn 70% tal-Ewropej jgħidu li jafdaw il-prodotti organiċi. Madankollu, kważi 60% minnhom huma favur titjib fis-sistema ta’ kontroll. Il-fiduċja tal-konsumatur tmur lil hinn mill-kwalità. Tikkonsisti wkoll fil-protezzjoni tal-ambjent, kundizzjonijiet tajbin għall-annimali, u tisħiħ tal-iżvilupp rurali.

Ċertifikazzjoni u fiduċja

  • Il-logo u t-tikkettar organiku tal-UE huma mod rapidu u sempliċi biex il-konsumaturi jagħrfu l-prodotti organiċi, u pass importanti biex jiggarantixxu li l-prodotti organiċi huma dejjem tal-istess standards għoljin.
  • Il-kwalità tal-ikel – 90% tal-Ewropej jemmnu li ‘organiku’ dejjem tfisser “liberu mill-OMĠ”. Kun af liema x'restrizzjonijiet jeżistu dwar il-pestiċidi, il-fertilizzanti, u l-antibijotiċi u kif il-bdiewa organiċi joħolqu prodott ta’ kwalità tajba permezz tat-tinwib u l-kultivazzjoni fl-istaġun.
  • Spezzjonijiet u kontrolli. Nofs biss tal-Ewropej jafu li l-operaturi organiċi kollha għandhom ikunu kkontrollati tal-inqas darba fis-sena. Skopri l-proċess ta' kontroll mill-bidu tal-aħħar.
  • Katina tal-provvista qasira. Il-biedja organika tfisser li l-ħin u d-distanza mir-razzett sal-kċina jitnaqqsu bil-kbir.

L-ambjent

Il-produzzjoni organika tgħaqqad l-aħjar prattiki ambjentali, livell għoli ta’ bijodiversità u l-preservazzjoni tar-riżorsi naturali. Huwa metodu ta’ produzzjoni li juża sustanzi u proċessi naturali. Il-produzzjoni organika tagħti prodotti pubbliċi li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent.

Il-benessri tal-annimali

L-applikazzjoni ta’ standards għoljin tal-benessri tal-annimali li jirrispettaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċijiet, tagħmel parti mill-prinċipji tal-produzzjoni organika. Dan jinkludi l-għażla ta’ razez u prattiki ta’ trobbija adegwati kif ukoll il-manteniment tas-saħħa tal-annimali bl-inkoraġġiment tad-difiża immuniloġika naturali tal-annimal. Il-benessri tal-bhejjem għandu jiġi żgurat matul il-proċess kollu tal-produzzjoni.