Navigation Main
Fittex fis-sit
Domanda tal-konsumatur
Mad-dinja kollha, u partikolarment fl-UE, konsumaturi bħalek qed jagħżlu li jixtru ikel u xorb organiku. Kemm jekk ġejjin minn xewqa għall-ikel appetituż u awtentiku, kemm jekk minn kontribut għall-ħarsien ta' l-ambjent,it-titjib tar-riżorsi naturali, il-ġid tal-bhejjem u l-komunitajiet rurali, l-istatistiċi juru li l-konsum organiku tiela'.
Xejriet globali
Skond l-aħħar studju tal-produzzjoni u konsum organiċi, l-istudju tal-World of Organic Agriculture 2007 (en) il-valur tal-bejgħ globali ta' ikel u xorb organiċi tela' bi 43% għal €25.5 biljun bejn l-2002 u l-2005. L-istess studju pproġetta li dan il-bejgħ kien jiswa madwar € 30.9 biljun fl-2006.
Għalkemm il-biedja organika hi prattikata fil-parti l-kbira tal-pajjiżi ta' madwar id-dinja, l-istudju jindika li l-konsum kien għadu konċentrat fl-Ewropa u fl-Amerka ta' fuq, li fil-fatt ma kellhomx provvista biżżejjed ta' prodotti organiċi.
L-Ewropa
Il-World of Organic Agriculture 2007 tistma li l-bejgħ tal-prodotti organiċi fl-Ewropa fl-2005 kien jiswa bejn €13 sa €14 -il biljun. L-akbar suq kien dak Ġermaniż li rreġistra bejgħ annwali ta' €3.9 biljun. Warajh ġew il-pajjiżi sħab fl-UE l-Italja u Franza, li kellhom bejgħ annwali ta' €2.4 u €2.2 biljun rispettivament.
It-tkabbir annwali fis-suq ta' prodotti organiċi hu bejn 10 u 15%
Iċ-Ċifri ta' l-UE
Il-biedja organika fl-Unjoni Ewropea – Fatti u Ċifri (en) kien ippubblikat fl-2005 u stima li s-suq ta' l-UE għall-prodotti organiċi fl-2004 kien € 11-biljun.
L-istudju wera wkoll li dak iż-żmien ir-Renju Unit kellu bejgħ annwali ta' prodotti organiċi li jaqbeż il-€1.6 biljun. Dan ifisser li ngħaqad mat-tliet pajjiżi msemmijin, l-Italja, il-Ġermanja u Franza, li dawru aktar minn € 1.0 biljun bejgħ organiku fis-sena.
Id-Danimarka kienet, dak iż-żmien, l-ewwel pajjiż fl-UE f'termini ta' nfiq medju tal-konsumatur fuq prodotti organiċi, b'aktar minn €60 kull ras. Warajha kien hemm l-Iżvezja b'€45, l-Awstrija b'€41 u l-Ġermanja b'€40,
Ir-rapport sab ukoll li d-Danimarka kellha l-ogħla sehem ta' ikel u xorb organiku mit-total ta' prodotti ta' l-ikel b'5%, segwita mill-Iżvezja bi 3%, il-Ġermanja bi 2.6%, l-Olanda b'1.8% u minn Franza b'1.3%.

||