Avviż legali importanti
 
Kuntatt | Tfittxija fuq EUROPA  

ambjent   linja vertikali  

L-agrikoltura tal-Ewropa u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) - mistoqsijiet frekwenti

Għaliex il-PAK?
 

Għaliex għandna bżonn politika agrikola 'komuni' fil-livell tal-UE?

Il-PAK tiżgura kompetizzjoni ġusta u standards komuni ta' kwalità u sikurezza għall-ikel tagħna. Tgħin ukoll fit-tħaddim tas-suq uniku. Il-varjetà kbira ta' prodotti li nsibu fuq il-mejda tal-ikel tagħna llum lanqas noħolmu biha li ma kienx għas-suq uniku li politiki bħal PAK għenu biex jissawwar.

Li kieku ma kienx hemm il-PAK, l-Istati Membri individwali xorta waħda kienu jissussidjaw lill-bdiewa tagħhom. Dan kien iwassal għal kompetizzjoni tas-sussidji, li jkollha titmexxa skont ir-regoli tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE u tista' twassal għal iktar infiq ġenerali.


Il-PAK għandha titneħħa?

Le. Ma nistgħux noqgħodu nilgħabu mal-provvista tal-ikel billi nneżżgħu l-agrikoltura minn kull difiża kontra l-kriżijiet. Ma nistgħux noqgħodu fuq il-forzi tas-suq biss biex nipproteġu l-pajsaġġi tagħna kontra t-tibdil fil-klima jew biex ngħinu lill-bdiewa tagħna jiffaċċaw il-globalizzazzjoni.

Biex negħlbu dawn l-isfidi, l-Unjoni Ewropea qed timmodernizza u tissimplifika l-PAK attivament.

Diġà ħelset lill-bdiewa milli jirrispondu għas-sinjali tas-suq billi tagħthom appoġġ għad-dħul biex ikollhom ċertu livell ta' sigurtà finanzjarja, u qed tgħin lill-irziezet isiru sostenibbli u jibqgħu f'tagħhom quddiem il-kompetizzjoni globali.

L-għan illum hu li naħdmu lejn sistema ta' appoġġ dejjem iktar sempliċi, effettiva u effiċjenti.
 

Għalfejn il-bdiewa għandhom bżonn tal-appoġġ pubbliku - ma jaqilgħux biżżejjed diġà?

Għall-kuntrarju ta' kif jaħsbu ċerti pajjiżi, il-biedja ma ġġibx ħafna flus. Imqabbla ma' professjonijiet oħra, il-bdiewa ħafna drabi jaħdmu iktar sigħat u jaqilgħu inqas. L-investiment essenzjali fin-negozju tagħhom jiswa' ħafna flus u jibdew idaħħlu l-flus xhur, saħansitra snin wara.

Il-bdiewa tal-Unjoni Ewropea jgawdu minn appoġġ għad-dħul talli jipprovdu t-tip ta' prodotti pubbliċi li ma jistgħux jiġu pprovduti sempliċiment mis-suq - il-ħarsien ambjentali, il-benessri tal-annimali, u ikel ta' kwalità għolja u sikur. L-istandards tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma huma fost l-ogħla fid-dinja. B'konsegwenza ta' dan, il-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa tqum iktar minn pajjiżi oħra fejn dawn l-istandards mhumiex obbligatorji.

Minħabba l-ispejjeż għoljin għall-produzzjoni tal-ikel, il-bdiewa Ewropej isibuha diffiċli biex jikkompetu kontra l-bdiewa f'pajjiżi oħra mingħajr appoġġ pubbliku. Tabilħaqq, hekk kif l-impatt tat-tibdil fil-klima qed jiżdied, l-ispiża tal-biedja sostenibbli mistennija togħla.

 

 

  linja vertikali  

Daqqa t'għajn lejn l-agrikoltura tal-UE

Fatti bażiċi dwar il-PAK

Għaliex il-PAK?

Kemm tqum il-PAK

Riformi tal-PAK

Fatt jew ħrafa?

L-Iżvilupp Rurali

Il-prezzijiet tal-ikel

Il-PAK u l-ambjent

Il-PAK u n-negozju

Il-PAK u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel

Is-saħħa u l-benessri tal-annimali


 


Agrikoltura u Żvilupp Rurali I Fuq

L-aħħar aġġornament: 20-04-2011