Avviż legali importanti
 
Kuntatt | Tfittxija fuq EUROPA  

ambjent   linja vertikali  

L-agrikoltura tal-Ewropa u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) - mistoqsijiet frekwenti

Il-PAK u n-negozju 


Għadna nistgħu nitkellmu dwar Fortizza Ewropea?

L-UE fetħet is-suq tagħha b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar għoxrin sena. Żewġ terzi tal-importazzjonijiet agrikoli jiġu mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw - aktar mill-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand u l-Ġappun flimkien. Bis-saħħa tal-ftehimiet bilaterali, it-tariffi għall-importazzjonijiet agrikoli huma baxxi għal numru ta' pajjiżi u l-ifqar 50 pajjiż fid-dinja jistgħu jesportaw lejn l-UE bla tariffi jew limiti ta' kwoti.
 

Għandna noħolqu barrieri ġodda fuq l-importazzjoni biex nipproteġu lill-bdiewa u l-ikel tagħna?

Jekk intellgħu barrieri ġodda, l-imsieħba kummerċjali tagħna jagħmlu l-istess. L-Ewropa għandha vantaġġ ekonomiku għax tipprovdi ikel ipproċessat ta' livell għoli. Is-swieq fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi ċ-Ċina u l-Indja, joffru opportunitajiet enormi għall-espansjoni lejn dik id-direzzjoni.

L-aqwa mod kif tkun żgurata s-sikurezza tal-ikel hu billi jinżamm negozju bejn iż-żewġ naħat. L-aqwa mod kif nipproteġu lill-bdiewa tagħna hu billi nħalluhom liberi li jikkompetu fuq is-suq dinji billi nipprovduhom bi dħul fiss. Dan hu eżattament dak li qed tagħmel il-PAK.
 

L-aħħar riformi tal-PAK jagħtu lill-UE iktar influwenza fit-taħdidiet mad-WTO?

Iva. L-UE issa tista' tagħmel argumenti konvinċenti li tipprattika dak li tippriedka, b'politika agrikola li tilħaq il-bżonnijiet tal-bdiewa u tal-konsumaturi, filwaqt li tnaqqas is-sussidji domestiċi li jfixklu n-negozju u tħalli s-suq tal-UE miftuħ għall-kummerċ ma' pajjiżi terzi.
 

 

  linja vertikali  

Daqqa t'għajn lejn l-agrikoltura tal-UE

Fatti bażiċi dwar il-PAK

Għaliex il-PAK?

Kemm tqum il-PAK

Riformi tal-PAK

Fatt jew ħrafa?

L-Iżvilupp Rurali

Il-prezzijiet tal-ikel

Il-PAK u l-ambjent

Il-PAK u n-negozju


Il-PAK u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel

Is-saħħa u l-benessri tal-annimali

 
 


Agrikoltura u Żvilupp Rurali I Fuq

L-aħħar aġġornament: 02-06-2011