Avviż legali importanti
 
Kuntatt | Tfittxija fuq EUROPA  

ambjent   linja vertikali  

L-agrikoltura tal-Ewropa u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) - mistoqsijiet frekwenti

L-Iżvilupp Rurali


X'inhu l-iżvilupp rurali?

Il-Politika tal-Iżvilupp Rurali tal-UE tara li żżomm il-vitalità tal-kampanja permezz ta' żvilupp bilanċjat taż-żoni rurali. Dan huwa element importanti tal-PAK.


Min imexxi l-iżvilupp rurali?

L-Istati Membri jagħżlu l-miżuri adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u jiġġestixxu l-programmi tagħhom stess. L-UE tħallas parti mill-ispejjeż (kofinanzjament).


Kemm iqum dan kollu?  Minn fejn jiġu l-flus?

Il-baġit għall-2007-2013 għas-27 Stat Memrbu jammonta għal €926 biljun (prezzijiet kurrenti).

Il-flus jiġu mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u parti mill-pagamenti diretti lill-bdiewa issa ġew trasferiti għall-iżvilupp rurali permezz ta' mekkaniżmu magħruf bħala l-"modulazzjoni".


Kif qed jintużaw il-flus?

Il-fondi għall-iżvilupp rurali jistgħu jintużaw kemm għal attivitajiet agrikoli u kemm għal dawk mhux agrikoli, ngħidu aħna:

  • it-twessigħ tal-kopertura tal-broadband

  • għajnuna lin-negozji ż-żgħar

  • għajnuna lill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel

  • l-estensjoni ta' servizzi li jieħdu ħsieb it-tfal biex aktar nisa li jgħixu f'żoni rurali jkunu jistgħu jmorru lura fis-suq tax-xogħol.

Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu l-prijoritajiet tagħhom għall-iżvilupp rurali, iżda jridu jonfqu tal-anqas 10% tal-baġit tagħhom biex iqawwu l-kompetittività tas-setturi tal-biedja u l-forestrija, tal-anqas 25% biex itejbu l-ambjent u l-kampanja u tal-anqas 10% biex jiddiversifikaw l-ekonomija rurali.


Kif jibbenefikaw il-bdiewa?

Il-bdiewa jistgħu jiksbu għajnuna u pariri dwar il-biedja, l-ipproċessar tal-ikel u l-kummerċjalizzazzjoni.


L-iżvilupp rurali jista' jiġi adattat għal reġjuni differenti?

Kull pajjiż jifformola strateġija nazzjonali għall-iżvilupp rurali iżda jistgħu jitfasslu u jiġu implimentati programmi speċifiċi fil-livell reġjonali.


X'inhi d-differenza bejn il-Politika tal-Iżvilupp Rurali u l-Politika Reġjonali?

Il-politika tal-iżvilupp reġjonali tipprovdi għajnuna lill-iktar reġjuni żvantaġġjati tal-UE. Il-politika tal-iżvilupp rurali tapplika għar-reġjuni kollha fil-pajjiżi kollha.

Il-politika tal-iżvilupp rurali llum mhux biss tgħin lill-bdiewa iżda anke lin-nies li jipparteċipaw fl-ekonomija rurali bħall-proprjetarji tal-foresti, il-ħaddiema tal-irziezet, in-negozji ż-żgħar, organizzazzjonijiet non-governattivi lokali, eċċ.
 

X'inhu 'Leader'?

'Leader' hu akronimu Franċiż għal ‘Links between actions for the development of the rural economy’ (rabtiet bejn l-azzjonijiet għall-iżvilupp tal-ekonomija rurali). Kif jagħti x'jifhem l-isem, Leader hu mezz kif titjieb l-ekonomija rurali billi jqanqal lill-komunitajiet rurali jieħdu azzjoni minflok ma jimponi miżuri diġà ppreparati. L-Istati Membri jridu jonfqu tal-anqas 5% tal-baġit tal-iżvilupp rurali fuq proġetti Leader.


L-iżvilupp rurali jista' jgħin lill-ambjent?

Kull programm tal-iżvilupp rurali għandu jinkludi miżuri għall-protezzjoni u t-tkattir tar-riżorsi naturali u l-pajsaġġi tal-UE fiż-żoni rurali.

Il-flus tal-iżvilupp rurali jingħataw bi tpattija u bħala kumpens għal azzjonijiet li mhux biss jipproteġu u jippreservaw il-kampanja tal-UE, iżda li jgħinu wkoll fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Ngħidu aħna:

  • il-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma

  • il-ġestjoni sostenibbli tal-art

  • it-tħawwil ta' siġar biex jiġu evitati l-erożjoni u l-għargħar.


 

  linja vertikali  

Daqqa t'għajn lejn l-agrikoltura tal-UE

Fatti bażiċi dwar il-PAK

Għaliex il-PAK?

Kemm tqum il-PAK

Riformi tal-PAK

Fatt jew ħrafa?

L-Iżvilupp Rurali

Il-prezzijiet tal-ikel

Il-PAK u l-ambjent

Il-PAK u n-negozju

Il-PAK u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel

Is-saħħa u l-benessri tal-annimali
 

 


Agrikoltura u Żvilupp Rurali I Fuq

L-aħħar aġġornament: 02-06-2011