Avviż legali importanti
 
Kuntatt | Tfittxija fuq EUROPA  

ambjent   linja vertikali  

L-agrikoltura tal-Ewropa u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) - mistoqsijiet frekwenti

Ir-riformi tal-PAK
 

X'inkiseb fl-aħħar riforma?

Ir-riforma tal-PAK bdiet fl-1992, u intensifikat bir-riformi tal-2003, li neħħew il-konnessjoni bejn is-sussidji u l-produzzjoni.

Il-bdiewa issa jistgħu jsiru intraprendituri; jipproduċu dak li jridu s-suq u l-konsumaturi, ifittxu swieq ġodda li jħallu l-qligħ u jisfruttaw setturi ġodda fis-suq.

Mhemmx bżonn li "jaħdmu għas-sussidji", u jipproduċu ikel li mhemmx domanda għalih.

Il-bdiewa issa jirċievu pagament ta' appoġġ għad-dħul, bil-kundizzjoni li jieħdu ħsieb ir-raba' u jissodisfaw l-istandards ambjentali, il-benessri tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel.

Jekk ma' jilħqux dawn l-istandards, jinqatgħulhom il-pagamenti tagħhom.

Il-PAK ġdida tiffavorixxi iktar in-negozju, peress li 90% tal-pagamenti diretti tagħna huma kklassifikati mid-WTO bħala għajnuna li ma xxekkilx in-negozju.

Il-PAK toffri lil konsumaturi għażla wiesgħa ta' ikel ta' kwalità għolja.

Il-Kummissjoni hi marbuta li timmodernizza u tissimplifika l-PAK.

Permezz tal-pagamenti diżakkoppjati qed inkomplu nagħtu lill-bdiewa ċertu livell ta' sigurtà finanzjarja. Fl-istess ħin, għandhom il-libertà li jirrispondu għas-sinjali tas-suq.

Adattajna l-istrumenti tas-suq tagħna (bħall-intervent pubbliku) sabiex jiffunzjonaw bħala rdoss bla ma jimblukkaw is-sinjali normali tas-suq. Permezz tal-politika tal-Iżvilupp Rurali, ngħinu lill-bdiewa jirristrutturaw l-irziezet tagħhom u jieħdu ħsieb l-ambjent. B'hekk iż-żoni rurali jinżammu dinamiċi.



L-UE għad għandha Politika Akrikola 'Komuni' wara r-riformi riċenti?

Daż-żgur.

L-infiq fuq l-Iżvilupp Rurali hu parzjalment iffinanzjat mill-Istati Membri biex jipprovdi għall-bżonnijiet speċifiċi nazzjonali u reġjonli iżda hu rregolat minn regoli komuni tal-UE. Ħafna mill-miżuri tal-PAK għadhom irregolati minn regoli komuni u huma ffinazjati għal kollox mill-baġit tal-UE.

Fil-fatt, il-PAK għandha tibqa' 'komuni'. It-tmexxija ta' politika fil-livell Ewropew tiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-bdiewa tal-UE, tikkontrolla l-infiq u tiggarantixxi konformità mal-istandards għoljin ambjentali u ta' sikurezza tal-ikel tal-UE.

 

 

  linja vertikali  

Daqqa t'għajn lejn l-agrikoltura tal-UE

Fatti bażiċi dwar il-PAK

Għaliex il-PAK?

Kemm tqum il-PAK

Riformi tal-PAK

Fatt jew ħrafa?

L-Iżvilupp Rurali

Il-prezzijiet tal-ikel

Il-PAK u l-ambjent

Il-PAK u n-negozju

Il-PAK u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel

Is-saħħa u l-benessri tal-annimali
 

 


Agrikoltura u Żvilupp Rurali I Fuq

L-aħħar aġġornament: 02-06-2011